Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' April 2008 - Abbott Laboratories vs L-UASI - aRigen (Sorvir)

(Kawża T-149/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: aRigen, Inc. (Tokyo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Frar 2008 fil-każ R 809/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: aRigen, Inc

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Sorvir" għal prodotti fil-klassi 5 - applikazzjoni Nru 004 455 507

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "NORVIR" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li t-trade marks in kwistjoni huma simili u għalhekk hemm probabbiltà ta' konfużjoni.

____________