Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Ottubru 2009 - Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI - Redrock Construction (REDROCK)

(Kawża T-146/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REDROCK - Trade mark nazzjonali preċedenti Rock - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' riskju probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Beckmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Dvořáková u O. Montalto, aġenti)

Partijieti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Redrock Construction s.r.o. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: D. Krofta, avukat)

Suġġett

Trade mark Komunitarja - Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell ta' tal-UASI, tat-18 ta' Frar 2008 (R 506/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll Gmbh & Co. OHG u Redrock Construction s.r.o.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż inkorsi minn Redrock Construction s.r.o.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għanduha tjbati l-ispejjeż tagħha tiegħu u kwart mill-ispejjeż inkorsi minn Redrock Construction s.r.o.

____________

1 - ĠU C 158, 21.6.2008.