Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - Abbott Laboratories vs UASI - aRigen (Sorvir)

(Kawża T-149/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Sorvir - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORVIR - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: aRigen, Inc. (Tokyo, il-Ġappun)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Abbott Laboratories u aRigen, Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta' Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Abbott Laboratories.

____________

1 - ĠU C 142, 07.06.2008.