Language of document : ECLI:EU:T:2009:431





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Novembru 2009 – REWE‑Zentral vs UASI – Aldi Einkauf (Clina)

(Kawża T‑150/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clina – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 68, 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal‑UASI, tal-15 ta’ Frar 2008 (Każ R 1484/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG u REWE-Zentral AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

REWE-Zentral AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Clina għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21 – Applikazzjoni Nru 3921079

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali CLINAIR għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 (Trade mark Komunitarja Nru 1769850)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

 


 Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.