Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2010 - Beifa Group vs UASI Schwan-Stabilo Schwanhäußer (Strument tal-kitba)

(Kawża T-14/08) 1

"Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta strument tal-kitba - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti - Raġuni għall-invalidità - Użu fid-disinn Komunitarju ta' sinjal preċedenti li l-proprjetarju tiegħu għandu d-dritt li jipprojbixxi l-użu tiegħu - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002 - Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beifa Group Co. Ltd (Ningbo, Zheijang, iċ-Ċina) (rappreżentant: R. Davis, barrister, u N. Cordell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schwan-Stabilo Schwanhaüßer GmbH & Co. KG (Heroldsberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder u H. Gauß, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta' Jannar 2008 (Każ R 1352/2006-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn Komunitarju bejn Schwan-Stabilo Schwanhäuser GmbH & Co. KG u Ningo Beifa Group Co., Ltd.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta' Jannar 2008 (Każ R 1352/2006-3) hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Beifa Group Co. Ltd. Schwan-Stabilo Schwanhaüβer & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 142, 07.06.2008.