Language of document : ECLI:EU:T:2009:398





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2009 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Redrock Construction (REDROCK)

(Kawża T-146/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REDROCK – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Rock – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 41-47, 86-89)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2008 (Każ R 506/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll Gmbh & Co. OHG u Redrock Construction s.r.o.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Redrock Construction s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva REDROCK għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 17, 19, 36 u 37 – Applikazzjoni Nru 3866365

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Deutsche Rockwool Mineralwoll Gmbh & Co. OHG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Ġermaniża Rock għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 6 sa 8, 17, 19, 37 u 42 (Nru 30229274), bl-oppożizzjoni diretta kontra r‑reġistrazzjoni fil-klassijiet kollha ħlief għall-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG għandha tbati l‑ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż inkorsi minn Redrock Construction s.r.o.

3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u kwart mill-ispejjeż inkorsi minn Redrock Construction s.r.o.