Language of document : ECLI:EU:T:2012:23





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Jannar 2012 — Indo Internacional vs UASI — Visual (VISUAL MAP)

(Kawża T-260/08)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VISUAL MAP — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISUAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-30, 42-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑15 ta’ April 2008 (Każ R 700/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Visual SA u Indo Internacional, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Indo Internacional, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.