Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2008 - Becker Flugfunkwerk vs UASI - Harman Becker Automotive Systems (BECKER AVIONIC SYSTEMS)

(Kawża T-263/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Becker Flugfunkwerk GmbH (Rheinmünster, Il-Germanja) (rappreżentant: O. Griebenow, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Harman Becker Automotive Systems GmbH (Karlsbad, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-10 ta' April 2008 fil-każ R 398/2007-1; u

tirrifjuta l-oppożizzjoni Nru B 484 503 relatata ma' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 829 563.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "BECKER AVIONIC SYSTEMS" għal prodotti fil-klassi 9, applikazzjoni Nru 1 829 563

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark tar-Renju Unit Nru 1 258 929 tat-trade mark verbali "BECKER" għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Ġermaniża Nru 1 039 843 tat-trade mark figurattiva "BECKER" għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Ġermaniża Nru 1 016 927 tat-trade mark figurattiva "BECKER" għal prodotti fil-klassi 37; it-trade mark Finlandiża Nru 116 880 tat-trade mark verbali "BECKER" għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Griega Nru 82339 tat-trade mark verbali "BECKER" għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark internazzjonali Nru 473 178 tat-trade mark verbali "BECKER" għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li mhemm l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________