Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 - Canon Communications LLC vs UASI

(Kawża T-262/08)1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canon Communications LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Mak u E. Zietse, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2008 (Każ R 817/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Messe Düsseldorf GmbH u Canon Communications LLC.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.

____________

1 - ĠU C 223, 30.8.2008