Language of document : ECLI:EU:C:2020:1028

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)

16 ta’ Diċembru 2020 (*)


Werrej



“Appell – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru – Ristrutturazzjoni tad-dejn Ċiprijott – Deċiżjoni tal‑Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu, tat‑12 ta’ April, tat‑13 ta’ Mejju u tat‑13 ta’ Settembru 2013 – Deċiżjoni 2013/236/UE – Memorandum ta’ qbil dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) – Dritt għall-proprjetà – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea”

Fil-Kawżi magħquda C‑597/18 P, C‑598/18 P, C‑603/18 P u C‑604/18 P,

li għandhom bħala suġġett erba’ appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fil‑21 ta’ Settembru 2018 (Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P) u fl‑24 ta’ Settembru 2018 (Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P),

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn A. de Gregorio Merino, I. Gurov u E. Chatziioakeimidou, bħala aġenti,

appellant (C‑597/18 P),

sostnut minn:

Ir-Repubblika tal-Finlandja, irrappreżentata minn S. Hartikainen u J. Heliskoski, bħala aġenti,

intervenjenti fl-appell (C‑597/18 P),

il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:

Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, stabbilita f’Nikosija (Ċipru),

Agroton plc, stabbilita f’Nikosija,

Joanna Andreou, residenti f’Kato Pyrgos (Ċipru),

Kyriaki Andreou, residenti f’Kato Pyrgos,

Bundeena Holding plc, stabbilita f’Nikosija,

Henrietta Jindra Burton, residenti f’Londra (ir-Renju Unit),

C & O Service & Investment Ltd, stabbilita f’Nikosija,

C. G. Christofides Industrial Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Phidias Christodoulou, residenti f’Nikosija,

Georgia Phanou-Christodoulou, residenti f’Nikosija,

Christakis Christofides, irrappreżentat mill-eżekutur testamentarju tiegħu,

Theano Chrysafi, residenti f’Nikosija,

Andreas Chrysafis, residenti f’Nikosija,

Dionysios Chrysostomides, residenti f’Nikosija,

Eleni K. Chrysostomides, residenti f’Nikosija,

Eleni D. Chrysostomides, residenti f’Nikosija,

D & C Construction and Development Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Chrystalla Dekatris, residenti f’Nikosija,

Constantinos Dekatris, residenti f’Nikosija,

Dr. K. Chrysostomides and Co., stabbilita f’Nikosija,

Emily Dragoumi, residenti f’Nikosija,

Parthenopi Dragoumi, residenti f’Nikosija,

James Droushiotis, residenti f’Nikosija,

Eastvale Finance Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Nicos Eliades, residenti f’Nikosija,

Tereza Eliades, residenti f’Nikosija,

Goodway Alliance Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Christos Hadjimarkos, residenti f’Johannesburg (l-Afrika t’Isfel),

Johnson Cyprus Employees Provident Fund, stabbilit f’Nikosija,

Kalia Georgiou LLC, stabbilita f’Limassol (Ċipru),

Komposit Ltd, stabbilita f’Tortola (il-Gżejjer Verġni Brittaniċi),

Platon M. Kyriakides, residenti f’Nikosija,

L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Lois Builders Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Athena Mavronicola-Droushiotis, residenti f’Nikosija,

Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Neita International Inc., stabbilita f’Mahé (is-Seychelles),

Sophia Nicolatos, residenti f’Limassol,

Paris & Barcelona Ltd, stabbilita f’Tortola,

Louiza Patsiou, residenti f’Larnaca (Ċipru),

Probus Mare Marine Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, stabbilita f’Nikosija,

R.A.M. Oil Cyprus Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Steelway Alliance Ltd, stabbilita f’Ħong Kong (iċ-Ċina),

Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, stabbilita f’Nikosija,

The Cyprus Phassouri Estates Ltd, stabbilita f’Limassol,

The Prnses Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Christos Tsimon, residenti f’Nikosija,

Nafsika Tsimon, residenti f’Nikosija,

Unienergy Holdings Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Julia Justine Jane Woods, residenti f’Paphos (Ċipru),

irrappreżentati minn P. Tridimas, barrister,

rikorrenti fl-ewwel istanza (C‑597/18 P),

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea,

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn L. Flynn, J.‑P. Keppenne u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inizjalment irrappreżentata minn M. O. Szablewska u K. Laurinavičius, bħala aġenti, assistiti minn H.‑G. Kamann, Rechtsanwalt, sussegwentement minn K. Laurinavičius, G. Várhelyi u O. Heinz, bħala aġenti, assistiti minn H.‑G. Kamann, Rechtsanwalt,

Il-Grupp tal-Euro, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

konvenuti fl-ewwel istanza (C‑597/18 P),

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn A. de Gregorio Merino, I. Gurov u E. Chatziioakeimidou, bħala aġenti,

appellant (C‑598/18 P),

sostnut minn:

Ir-Repubblika tal-Finlandja, irrappreżentata minn S. Hartikainen u J. Heliskoski, bħala aġenti,

intervenjenti fl-appell (C‑598/18 P),

il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:

Eleni Pavlikka Bourdouvali, residenti f’Meneou (Ċipru),

Georgios Bourdouvalis, residenti f’Meneou,

Nikolina Bourdouvali, residenti f’Meneou,

Coal Energy Trading Ltd, stabbilita f’Road Town (il-Gżejjer Verġni Brittaniċi),

Christos Christofi, residenti f’Larnaca,

Elisavet Christofi, residenti f’Larnaca,

Athanasia Chrysostomou, residenti f’Paphos,

Sofoklis Chrysostomou, residenti f’Paphos,

Clearlining Ltd, stabbilita f’Road Town,

Alan Dimant, residenti f’Herzelia (l-Iżrael),

Dodoni Ependyseis Chartofylakou Dimosia Etaireia Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Dtek Holdings Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Dtek Trading Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Elma Holdings pcl, stabbilita f’Nikosija,

Elma Properties & Investments pcl, stabbilita f’Nikosija,

Agrippinoulla Fragkoudi, residenti f’Nikosija,

Dimitrios Fragkoudis, residenti f’Nikosija,

Frontal Investments Ltd, stabbilita f’Limassol,

Costas Gavrielides, residenti f’Mammari (Ċipru),

Eleni Harou, residenti f’Nea Penteli (il-Greċja),

Theodora Hasapopoullou, residenti f’Nikosija,

Gladys Iasonos, residenti f’Larnaca,

Georgios Iasonos, residenti f’Larnaca,

Jupiter Portfolio Investments pcl, stabbilita f’Nikosija,

George Karkousi, residenti f’Canterbury (l-Awstralja),

Lend & Seaserve Ltd, stabbilita f’Road Town,

Liberty Life Insurance pcl, stabbilita f’Nikosija,

Michail P. Michailidis Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Michalakis Michaelides, residenti f’Nikosija,

Rena Michael Michaelidou, residenti f’Nikosija,

Akis Micromatis, residenti f’Nikosija,

Erginos Micromatis, residenti f’Nikosija,

Harinos Micromatis, residenti f’Nikosija,

Alvinos Micromatis, residenti f’Nikosija,

Plotinos Micromatis, residenti f’Nikosija,

Nertera Investments Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Andros Nicolaides, residenti f’Nikosija,

Melina Nicolaides, residenti f’Nikosija,

Ero Nicolaidou, residenti f’Nikosija,

Aris Panagiotopoulos, residenti f’Nea Penteli,

Nikolitsa Panagiotopoulou, residenti f’Nea Penteli,

Lambros Panayiotides, residenti f’Nikosija,

Ersi Papaefthymiou, residenti f’Larnaca,

Kostas Papaefthymiou, residenti f’Larnaca,

Restful Time Co., stabbilita f’Wilmington (l-Istati Uniti),

Alexandros Rodopoulos, residenti f’Ateni (il-Greċja),

Seatec Marine Services Ltd, stabbilita f’Limassol,

Sofoklis Chrisostomou & Yioí Ltd, stabbilita f’Paphos,

Marinos C. Soteriou, residenti f’Nikosija,

Sparotin Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Miranda Tanou, residenti f’Nikosija,

Myria Tanou, residenti f’Nikosija,

irrappreżentati minn P. Tridimas, barrister, u K. Chrysostomides, dikigoros,

rikorrenti fl-ewwel istanza (C‑598/18 P),

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea,

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn L. Flynn, J.‑P. Keppenne u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), irrappreżentat minn M. O. Szablewska u K. Laurinavičius, bħala aġenti, assistiti minn H.‑G. Kamann, Rechtsanwalt,

Il-Grupp tal-Euro, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

konvenuti fl-ewwel istanza (C‑598/18 P),

Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, stabbilita f’Nikosija,

Agroton plc, stabbilita f’Nikosija,

Joanna Andreou, residenti f’Kato Pyrgos,

Kyriaki Andreou, residenti f’Kato Pyrgos,

Henrietta Jindra Burton, residenti f’Londra,

C & O Service & Investment Ltd, stabbilita f’Nikosija,

C. G. Christofides Industrial Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Christakis Christofides, irrappreżentat mill-eżekutur testamentarju tiegħu,

Theano Chrysafi, residenti f’Nikosija,

Andreas Chrysafis, residenti f’Nikosija,

Dionysios Chrysostomides, residenti f’Nikosija,

Eleni K. Chrysostomides, residenti f’Nikosija,

Eleni D. Chrysostomides, residenti f’Nikosija,

D & C Construction and Development Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Chrystalla Dekatris, residenti f’Nikosija,

Constantinos Dekatris, residenti f’Nikosija,

Dr. K. Chrysostomides and Co., stabbilita f’Nikosija,

Emily Dragoumi, residenti f’Nikosija,

Parthenopi Dragoumi, residenti f’Nikosija,

Eastvale Finance Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Nicos Eliades, residenti f’Nikosija,

Tereza Eliades, residenti f’Nikosija,

Goodway Alliance Ltd, stabbilita f’Ħong Kong,

Christos Hadjimarkos, residenti f’Johannesburg,

Johnson Cyprus Employees Provident Fund, stabbilit f’Nikosija,

L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Lois Builders Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Neita International, Inc., stabbilita f’Mahé,

Paris & Barcelona Ltd, stabbilita f’Tortola,

Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, stabbilita f’Nikosija,

R.A.M. Oil Cyprus Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Steelway Alliance Ltd, stabbilita f’Ħong Kong,

Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, stabbilita f’Nikosija,

The Cyprus Phassouri Estates Ltd, stabbilita f’Limassol,

Christos Tsimon, residenti f’Nikosija,

Nafsika Tsimon, residenti f’Nikosija,

Julia Justine Jane Woods, residenti f’Paphos,

irrappreżentati minn P. Tridimas, barrister (C‑603/18 P),

u

Eleni Pavlikka Bourdouvali, residenti f’Meneou,

Georgios Bourdouvalis, residenti f’Meneou,

Nikolina Bourdouvali, residenti f’Meneou,

Christos Christofi, residenti f’Larnaca,

Elisavet Christofi, residenti f’Larnaca,

Clearlining Ltd, stabbilita f’Road Town,

Dtek Holding Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Dtek Trading Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Agrippinoulla Fragkoudi, residenti f’Nikosija,

Dimitrios Fragkoudis, residenti f’Nikosija,

Frontal Investments Ltd, stabbilita f’Limassol,

Costas Gavrielides, residenti f’Mammari,

Eleni Harou, residenti f’Nea Penteli,

Theodora Hasapopoullou, residenti f’Nikosija,

Gladys Iasonos, residenti f’Larnaca,

Georgios Iasonos, residenti f’Larnaca,

George Karkousi, residenti f’Canterbury,

Lend & Seaserve Ltd, stabbilita f’Road Town,

Michail P. Michailidis Ltd, stabbilita f’Nikosija,

Michalakis Michaelides, residenti f’Nikosija,

Rena Michael Michaelidou, residenti f’Nikosija,

Andros Nicolaides, residenti f’Nikosija,

Melina Nicolaides, residenti f’Nikosija,

Ero Nicolaidou, residenti f’Nikosija,

Aris Panagiotopoulos, residenti f’Nea Penteli,

Nikolitsa Panagiotopoulou, residenti f’Nea Penteli,

Alexandros Rodopoulos, residenti f’Ateni,

Seatec Marine Services Ltd, stabbilita f’Limassol,

Marinos C. Soteriou, residenti f’Nikosija,

irrappreżentati minn P. Tridimas, barrister, u K. Chrysostomides, dikigoros (C‑604/18 P),

appellanti,

il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea,

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn E. Chatziioakeimidou, A. de Gregorio Merino u I. Gurov, bħala aġenti,

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn L. Flynn, J.‑P. Keppenne u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), irrappreżentat minn M. O. Szablewska u K. Laurinavičius, bħala aġenti, assistiti minn H.‑G. Kamann, Rechtsanwalt,

Il-Grupp tal-Euro, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

konvenuti fl-ewwel istanza (C‑603/18 P u C‑604/18 P),

Ir-Repubblika tal-Finlandja, irrappreżentata minn S. Hartikainen u J. Heliskoski, bħala aġenti,

intervenjenti fl-appell insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C‑603/18 P u C‑604/18 P),

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),

komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Arabadjiev (Relatur), A. Prechal, M. Vilaras, M. Ilešič, L. Bay Larsen u A. Kumin, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, S. Rodin, F. Biltgen, I. Jarukaitis u N. Jääskinen, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,

Reġistratur: M. Longar, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑25 ta’ Frar 2020,

wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑28 ta’ Mejju 2020,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        Permezz tal-appelli tiegħu, fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jitlob l-annullament tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑13 ta’ Lulju 2018, K. Chrysostomides & Co. et vs Il‑Kunsill et (T‑680/13, iktar ’il quddiem l-“ewwel sentenza appellata”, EU:T:2018:486), u tat‑13 ta’ Lulju 2018, Bourdouvali et vs Il‑Kunsill et (T‑786/14, iktar ’il quddiem it-“tieni sentenza appellata”, mhux ippubblikata, EU:T:2018:487) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, is-“sentenzi appellati”), sa fejn jiċħdu l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà li huwa qajjem fir-rigward tar-rikorsi tal-appellanti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P kontra l-Grupp tal-Euro.

2        Permezz tal-appelli tagħhom, Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna u Kyriaki Andreou, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Christakis Christofides, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. u Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International Inc., Paris & Barcelona Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A.M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon u Julia Justine Jane Woods, rikorrenti fil-Kawża C‑603/18 P, kif ukoll Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Clearlining Ltd, Dtek Holding Ltd, Dtek Trading Ltd, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd u Marinos C. Soteriou, rikorrenti fil-Kawża C‑604/18 P (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-“appellanti”), jitolbu, rispettivament, l-annullament tal-ewwel sentenza appellata u dak tat-tieni sentenza appellata.

3        Permezz tal-appelli inċidentali tiegħu fil-Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P, il-Kunsill jitlob l-annullament tal-partijiet tas-sentenzi appellati li fihom il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà tiegħu sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rikorsi tal-appellanti kontra l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal‑25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32).

 Il-kuntest ġuridiku

 Il-Protokoll Nru 14

4        L-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 14) dwar il-Grupp tal-Euro, li huwa anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE (iktar ’il quddiem il-“Protokoll Nru 14”), huwa fformulat kif ġej:

“Il-Ministri ta’ l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiltaqgħu informalment. Dawn il-laqgħat għandhom iseħħu, skond il-ħtieġa, sabiex ikunu diskussi kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet speċifiċi li huma jaqsmu fejn tidħol il-munita unika. Il-Kummissjoni [Ewropea] għandha tieħu sehem fil-laqgħat. Il-Bank Ċentrali Ewropew [(BĊE)] għandu jkun mistieden jieħu sehem f’dawn il-laqgħat, li għandhom ikunu preparati mir-rappreżentanti tal-Ministri responsabbli għall-finanzi ta’ l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tal-Kummissjoni.”

5        L-Artikolu 2 ta’ dan il-protokoll jipprevedi:

“Il-Ministri ta’ l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jeleġġu president għal sentejn u nofs, bil-maġġoranza ta’ dawk l-Istati Membri.”

 It-Trattat MES

6        Fit‑2 ta’ Frar 2012, it-Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Finlandja (iktar ’il quddiem it-“Trattat MES”) ġie konkluż fi Brussell. Dan it-trattat daħal fis-seħħ fis‑27 ta’ Settembru 2012.

7        Il-premessa 1 tat-Trattat MES hija fformulata kif ġej:

“Fis‑17 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri taż-żona tal-euro jistabbilixxu mekkaniżmu permanenti ta’ stabbiltà. Dan il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (‘MES’) ser jassumi l-kompiti li bħalissa huma mwettqa mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (‘FESF’) u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (‘MESF’) fl-għoti, fejn ikun meħtieġ, ta’ assistenza finanzjarja lill-Istati Membri taż-żona tal-euro.”

8        Konformement mal-Artikoli 1 u 2, kif ukoll mal-Artikolu 32(2) ta’ dan it-trattat, il-partijiet kontraenti, jiġifieri l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem l-“IMME”), għandhom jistabbilixxu bejniethom istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-MES.

9        Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmi trattat:

“L-għan tal-MES huwa l-mobilizzazzjoni tal-finanzjament u l-għoti ta’ sostenn għall-istabbiltà taħt kondizzjonalità stretta, adegwata għall-istrument ta’ assistenza finanzjarja magħżul, għall-benefiċċju tal-Membri fil-MES li jkunu għaddejjin, jew jinsabu mhedda, minn problemi serji ta’ finanzjament jekk dan ikun indipensabbli għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro komplessivament u tal-Istati Membri tagħha. Għal dan il-għan, il-MES għandu jkun intitolat jiġġenera fondi billi joħroġ strumenti finanzjarji jew billi jidħol fi ftehimiet jew arranġamenti finanzjarji jew ta’ xort’oћra ma’ Membri fil-MES, istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra.”

10      L-Artikolu 4(1) ta’ dan l-istess trattat jipprovdi:

“Il-MES għandu jkollu Bord tal-Gvernaturi u Bord tad-Diretturi, kif ukoll Direttur Maniġerjali u persunal tiegħu stess ieħor li jitqies li jkun meħtieġ.”

11      L-Artikolu 5(3) tat-Trattat MES jipprevedi li “[i]l-Membru tal-Kummissjoni […] inkarigat mill-affarijiet ekonomiċi u monetarji u l-President tal-BĊE, kif ukoll il-President tal-Grupp tal-Euro (jekk ma jkunx il-President jew Gvernatur), jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi [tal-MES] bħala osservaturi.”

12      L-Artikolu 12 ta’ dan it-trattat jiddefinixxi l-prinċipji li għalihom huwa suġġett is-sostenn għall-istabbiltà u jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, dan li ġej:

“Jekk ikun indispensabbli għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro komplessivament u tal-Istati Membri tagħha, il-MES jista’ jipprovdi sostenn għall-istabbiltà lil Membru fil-MES soġġett għal kondizzjonalità stretta, adegwata għall-istrument ta’ assistenza finanzjarja magħżul. Tali kondizzjonalità tista’ tvarja minn programm ta’ aġġustament makroekonomiku sal-osservanza kontinwa ta’ kondizzjonijiet prestabbiliti ta’ eliġibbiltà.”

13      Il-proċedura għall-għoti ta’ sostenn għall-istabbiltà lil membru tal-MES hija deskritta fl-Artikolu 13 tat-Trattat MES bit-termini li ġejjin:

“1.      Membru fil-MES jista’ jindirizza talba għal sostenn għall-istabbiltà lill-President tal-Bord tal-Gvernaturi. Tali talba għandha tindika l-istrument jew strumenti ta’ assistenza finanzjarja li għandhom jiġu kkunsidrati. […]

2.      Abbażi tat-talba mill-Membru fil-MES u l-istima msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddeċiedi li jagħti, fil-prinċipju, sostenn għall-istabbiltà lill-Membru konċernat fil-MES fil-forma ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja.

3.      Jekk tiġi adottata deċiżjoni skont il-paragrafu 2, il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiinkariga lill-[Kummissjoni] – f’koordinazzjoni mal-BĊE u, kull fejn possibbli, flimkien mal-[Fond Monetarju Internazzjonali (FMI)] – bil-kompitu li tinnegozja mal-Membru konċernat fil-MES, memorandum ta’ qbil (‘MoU’) li jispeċifika f’dettal il-kondizzjonalità marbuta mal-faċilità ta’ assistenza finanzjarja. Il-kontenut tal-MoU għandu jirrifletti s-severità tad-dgħufijiet li għandhom jiġu indrizzati u l-forma magħżula tal-assistenza finanzjarja. Fl-istess waqt, id-Direttur Maniġerjali tal-MES għandu jħejji proposta għal ftehim dwar faċilità ta’ assistenza finanzjarja, inklużi l-pattijiet finanzjarji u l-kondizzjonijiet u l-għażla ta’ strumenti, li għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Gvernaturi.

Il-MoU għandu jkun gћalkollox konsistenti mal-miżuri ta’ koordinazzjoni ta’ politika ekonomika previsti fit-[Trattat FUE], partikolarment ma’ kull att fil-liġi tal-Unjoni Ewropea, inkluża kull opinjoni, twissija, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni indirizzata lill-Membru fil-MES konċernat.

4.      Il-[Kummissjoni] għandha tiffirma l-MoU f’isem il-MES, soġġett għall-konformità minn qabel tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u l-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi.

5.      Il-Bord tad-Diretturi għandu japprova l-ftehim dwar faċilità ta’ assistenza finanzjarja li jkun jispeċifika f’dettal l-aspetti finanzjarji tas-sostenn għall-istabbiltà li gћandu jingħata u, fejn applikabbli, il-ħlas tal-ewwel parti tal-assistenza.

[…]

7.      Il-[Kummissjoni] – f’koordinazzjoni mal-BĊE u, kull fejn possibbli, flimkien mal-FMI – għandha tkun inkarigata timmonitorja l-konformità mal-kondizzjonalità marbuta mal-faċilità ta’ assistenza finanzjarja.”

 Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat13 ta’ Diċembru 1997

14      Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat‑13 ta’ Diċembru 1997 dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fit-tielet stadju tal-UEM u l-Artikoli 109 u 109B tat-Trattat KE (ĠU 1998, C 35, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat‑13 ta’ Diċembru 1997”) tipprevedi, b’mod partikolari, fil-punt 6 tagħha:

“Il-ministri tal-[IMME] jistgħu jiltaqgħu b’mod informali sabiex jiddiskutu kwistjonijiet marbutin mar-responsabbiltajiet speċifiċi li huma jikkondividu fil-qasam tal-munita unika. Il-Kummissjoni u, jekk ikun il-każ, il-[BĊE], huma mistednin jipparteċipaw fil-laqgħat.”

 Id-Deċiżjoni 2013/236

15      L-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236 huwa fformulat kif ġej:

“Bil-għan li tiġi rrestawrata l-istabbiltà tas-settur finanzjarju tiegħu, [ir-Repubblika ta’ Ċipru] għand[ha t]kompli bir-riforma u r-ristrutturar mill-qiegħ tas-settur bankarju u [s]saħħaħ il-banek vijabbli billi [t]irrestawra l-kapital tagħhom, [t]indirizza s-sitwazzjoni tal-likwidità tagħhom u [s]saħħaħ is-superviżjoni tagħhom. Il-programm għandu jipprevedi dawn il-miżuri u riżultati:

[…]

(b)      li ssir valutazzjoni indipendenti tal-assi [tat-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia LTD] u [ta’ Cyprus Popular Bank Public Co. LTD] u li jiġu integrati malajr l-operazzjonijiet [ta’ Cyprus Popular Bank Public Co.] ma’ dawk [tat-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia]. Il-valutazzjoni trid isseħħ malajr sabiex il-konverżjoni tad-depożiti f’azzjonijiet tkun tista’ titlesta [fit-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia];

[…]”

 Id-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal25 ta’ Marzu 2013

16      Permezz tad-dikjarazzjoni tal‑25 ta’ Marzu 2013, il-Grupp tal-Euro indika li kien intlaħaq ftehim mal-awtoritajiet Ċiprijotti dwar l-elementi essenzjali ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku futur, li kellu s-sostenn tal-IMME kollha kif ukoll tal-Kummissjoni, tal-BĊE u tal-FMI (iktar ’il quddiem id-“dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu 2013”).

17      F’din id-dikjarazzjoni, hemm indikat b’mod partikolari dan li ġej:

“Il-Grupp tal-Euro jirrikonoxxi l-pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni tas-settur finanzjarju msemmija fl-anness. Dawn il-miżuri ser iservu bħala bażi għar-ristrutturazzjoni tal-vijabbiltà tas-settur finanzjarju. B’mod partikolari, huma jiggarantixxu d-depożiti kollha ta’ inqas minn EUR 100 000, skont il-prinċipji tal-Unjoni.

Il-programm ser jinkludi approċċ deċiżiv sabiex jiġu rrimedjati l-iżbilanċi tas-settur finanzjarju. Ser ikun hemm tnaqqis xieraq tas-settur finanzjarju […]

Il-Grupp tal-Euro jħeġġeġ għall-implimentazzjoni immedjata tal-ftehim bejn [ir-Repubblika ta’ Ċipru] u [r-Repubblika Ellenika] dwar il-fergħat Griegi tal-banek Ċiprijotti, li jipproteġi l-istabbiltà kemm tas-sistema bankarja Griega kif ukoll dik Ċiprijotta” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

18      L-anness tal-imsemmija dikjarazzjoni huwa fformulat kif ġej:

“Wara preżentazzjoni tal-abbozzi politiċi tal-awtoritajiet [tar‑Repubblika ta’ Ċipru], li fil-maġġoranza tagħhom intlaqgħu mill‑Grupp tal-Euro, intlaħaq ftehim fuq dan li ġej:

1.      [Cyprus Popular Bank Public Co.] għandu jingħalaq immedjatament – b’kontribuzzjoni sħiħa tal‑azzjonisti, tad-detenturi tal-bonds u tad-depożitanti mhux assigurati – skont riżoluzzjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru bl-użu tal-qafas ta’ riżoluzzjoni bankarja li għadha kif ġiet adottata.

2.      [Cyprus Popular Bank Public Co.] għandu jiġi diviż fi struttura annullabbli u f’bank riorganizzat. L-istruttura annullabbli għandha tispiċċa progressivament.

3.      Il-bank riorganizzat għandu jiġi integrat [fit-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia] bl-għajnuna tal‑qafas ta’ riżoluzzjoni bankarja u wara konsultazzjoni mal-Bordijiet tad‑Diretturi [tat-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia] u [ta’ Cyprus Popular Bank Public Co.]. Huwa ser jipprovdi [sostenn eċċezzjonali għal-likwidità] li jammonta għal EUR 9 biljun. Huma biss id-depożiti mhux assigurati tat‑[Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia] li ser jibqgħu ffriżati sa meta tkun saret ir‑rikapitalizzazzjoni u sussegwentement ikunu jistgħu jiġu ssuġġettati għal kundizzjonijiet adegwati.

4.      Il-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE għandu jipprovdi likwiditajiet [lit‑Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia] filwaqt li josserva r-regoli applikabbli.

5.      [It-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia] għandu jiġi rrikapitalizzat permezz ta’ konverżjoni tad-depożiti mhux assigurati f’fondi proprji b’kontribuzzjoni sħiħa tal-azzjonisti u tad-detenturi tal-bonds.

6.      Il-konverżjoni għandha ssir b’mod li tiżgura perċentwali mill-kapital ta’ 9 % fl-aħħar tal-programm.

7.      Id-detenturi kollha tad-depożiti assigurati fil-banek kollha għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni totali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-[Unjoni].

8.      Il-baġit tal-programm (sa EUR 10 biljun) mhux ser iservi sabiex jiġu rrikapitalizzati [Cyprus Popular Bank Public Co.] jew [it-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia]” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

 Id-dritt Ċiprijott

19      Skont il-punt 3(1) u l-punt 5(1) tal-O peri exiyiansis pistotikon kai allon idrimaton nomos (N. 17(I)/2013) (il-Liġi dwar ir-Riorganizzazzjoni ta’ Stabbiliment ta’ Kreditu u ta’ Stabbilimenti Oħra (Nru 17(I)/2013)) tat‑22 ta’ Marzu 2013 (EE, Anness I(I), Nru 4379, 22.3.2013, p. 117, iktar ’il quddiem il-“Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013”), il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru (BĊĊ) kien inkarigat bir-riorganizzazzjoni tal-istabbilimenti koperti mill-imsemmija liġi, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi (Ċipru). Għal dan l-għan, minn naħa, il-punt 12(1) tal-Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013 jipprevedi li l-BĊĊ jista’, permezz ta’ digriet, jirristruttura d-djun u l-obbligi ta’ stabbiliment suġġetti għal proċedura ta’ riżoluzzjoni, inkluż permezz ta’ tnaqqis, ta’ emenda, ta’ riklassifikazzjoni jew ta’ novazzjoni tal-kapital nominali jew tal-bilanċ ta’ kwalunkwe tip ta’ kreditu eżistenti jew futur fuq dan l-istabbiliment jew permezz ta’ konverżjoni ta’ titoli ta’ dejn f’fondi proprji. Min-naħa l-oħra, dan il-punt jipprevedi li d-“depożiti ggarantiti”, fis-sens tal-ħames paragrafu tal-punt 2 tal-Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013, huma esklużi minn dawn il-miżuri. Huwa stabbilit bejn il-partijiet li dawn id-depożiti huma dawk ta’ ammont ta’ inqas minn EUR 100 000.

20      Il-Kanonistiki Dioikitiki Praxi 96/2013, peri tis polisis ergasion ton en elladi ergasion tis Trapezas Kyprou Dimosias Etaireias LTD (id-Digriet 96/2013 dwar il-Bejgħ ta’ Ċerti Tranżazzjonijiet tat-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia LTD fil-Greċja) tas‑26 ta’ Marzu 2013 (EE, Anness III(I), Nru 4640, 26.3.2013, p. 745, iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 96”), u l-Kanonistiki Dioikitiki Praxi 97/2013, peri tis polisis ergasion ton en elladi ergasion tis Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd (id-Digriet 97/2013 dwar il-Bejgħ ta’ Ċerti Tranżazzjonijiet ta’ Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd fil-Greċja) tas‑26 ta’ Marzu 2013 (EE, Anness III(I), Nru 4640, 26.3.2013, p. 749, iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 97”), jipprevedu, rispettivament, il-bejgħ ta’ fergħat tat-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia (iktar ’il quddiem il-“BoC”) u dak ta’ fergħat ta’ Cyprus Popular Bank Public Co. (iktar ’il quddiem il-“Laïki”) stabbiliti fil-Greċja (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-“fergħat Griegi”).

21      Il-Kanonistiki Dioikitiki Praxi 103/2013, peri diasosis me idia mesa tis Trapezas Kyprou Dimosias Etaireias LTD (id-Digriet 103/2013 dwar ir-Riorganizzazzjoni Permezz ta’ Mezzi Proprji tat-Trapeza Kyprou Dimosia Etaireia LTD) tad‑29 ta’ Marzu 2013 (EE, Anness III(I), Nru 4645, 29.3.2013, p. 769, iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 103”), jipprevedi rikapitalizzazzjoni tal-BoC, li l-ispejjeż tagħha kellhom jiġu sostnuti, b’mod partikolari, mid-depożitanti mhux iggarantiti tiegħu, mill-azzjonisti tiegħu u mid-detenturi tal-bonds tiegħu, bl-għan li dan il-bank ikun jista’ jkompli jipprovdi servizzi bankarji. Għalhekk, id-depożiti mhux iggarantiti ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet tal-BoC (37.5 % ta’ kull depożitu mhux iggarantit), f’titoli konvertibbli mill-BoC, jew f’azzjonijiet jew f’depożiti (22.5 % ta’ kull depożitu mhux iggarantit), u f’titoli li jistgħu jiġu kkonvertiti f’depożiti mill-BĊĊ (40 % ta’ kull depożitu mhux iggarantit). Il-punt 6(5) tad-Digriet Nru 103 jippreċiża li, jekk il-kontribuzzjonijiet tad-depożitanti mhux assigurati jeċċedu dak li huwa meħtieġ bl-għan li jinkiseb mill-ġdid il-kapital ta’ ekwità tal-BoC, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-ammont korrispondenti għall-kapitalizzazzjoni eċċessiva u tikkunsidrah daqslikieku l-konverżjoni qatt ma kienet saret.

22      Wara l-emendi prodotti mid-Digriet Nru 103 tat‑30 ta’ Lulju 2013, minn naħa, 10 % tad-depożiti mhux assigurati, li qabel kienu ġew ikkonvertiti f’titoli konvertibbli jew f’azzjonijiet jew f’depożiti, ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet tal-BoC. Min-naħa l-oħra, il-valur nominali ta’ EUR 1 ta’ kull azzjoni ordinarja tal-BoC tnaqqas għal ċenteżmu. Sussegwentement, mitt azzjoni ordinarja b’valur nominali ta’ ċenteżmu kull waħda ġew magħquda f’azzjoni ordinarja waħda b’valur nominali ta’ EUR 1. L-azzjonijiet ordinarji b’valur nominali ta’ ċenteżmu li n-numru tagħhom kien ta’ inqas minn 100 u li, għaldaqstant, ma setgħux jingħaqdu sabiex jifformaw azzjoni ordinarja ġdida b’valur nominali ta’ EUR 1, tneħħew.

23      Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-punti 2 u 5 tal-Kanonistiki Dioikitiki Praxi 104/2013, peri tis polisis orismenon ergasion tis Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd (id-Digriet 104/2013 dwar il-Bejgħ ta’ Ċerti Attivitajiet ta’ Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd) tad‑29 ta’ Marzu 2013 (EE, Anness III(I), Nru 4645, 29.3.2013, p. 781, iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 104”), jipprevedu li, fis-sitta u għaxra ta’ filgħodu tad‑29 ta’ Marzu 2013, ċerti elementi ta’ assi u ta’ djun tal-Laïki kellhom jiġu ttrasferiti lill-BoC, inklużi d-depożiti ta’ inqas minn EUR 100 000. Id-depożiti ta’ iktar minn EUR 100 000 inżammu mil-Laïki, fl-istennija tal-likwidazzjoni tiegħu.

24      Wara l-emendi prodotti mid-digriet Nru 104 tat‑30 ta’ Lulju 2013, madwar 18 % tal-kapital azzjonarju l-ġdid tal-BoC ingħata lil-Laïki.

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

25      Għall-finijiet ta’ din il-proċedura, il-fatti li wasslu għall-kawża, kif jinsabu fil-punti 10 sa 28 u 38 sa 46 tas-sentenzi appellati, jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.

26      Matul l-ewwel xhur tas-sena 2012, ir-Repubblika Ellenika u d-detenturi tal-bonds privati tagħha pproċedew bi skambju ta’ titoli ta’ dejn Griegi bi tnaqqis sostanzjali tal-valur nominali tad-dejn Grieg li kellhom l-investituri privati (Private Sector Involvement (iktar ’il quddiem il-“PSI”)).

27      Bħala konsegwenza tal-espożizzjoni tagħhom għat-titoli li kienu s-suġġett tal-PSI, diversi banek stabbiliti f’Ċipru, fosthom il-Laïki u l-BoC, ġarrbu telf kbir u affaċċjaw problemi ta’ sottokapitalizzazzjoni. Peress li ma kienx għadu f’pożizzjoni li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jikseb finanzjamenti mill-BĊE, il-Laïki talab, u kiseb, sostenn eċċezzjonali għal-likwidità (Emergency Liquidity Assistance (ELA)), mill-BĊĊ, li l-ammont totali tiegħu kien ta’ EUR 3.8 biljun fix-xahar ta’ Mejju 2012 u ta’ kważi EUR 9.6 biljun fix-xahar ta’ Lulju 2012.

28      F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika ta’ Ċipru qieset li kien meħtieġ li tintervjeni insostenn tas-settur bankarju Ċiprijott, b’mod partikolari billi tirrikapitalizza lil-Laïki b’ammont li jilħaq EUR 1.8 biljun fix-xahar ta’ Ġunju 2012. Matul l-istess xahar, il-BoC iddikjara li huwa wkoll talab sostenn ta’ kapital lill-awtoritajiet Ċiprijotti, iżda dan ma kisbux.

29      Fil‑25 ta’ Ġunju 2012, ir-Repubblika ta’ Ċipru ressqet quddiem il-President tal-Grupp tal-Euro talba għal assistenza finanzjarja tal-MES jew tal-Fond Ewropew ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Permezz ta’ dikjarazzjoni tas‑27 ta’ Ġunju 2012, il-Grupp tal-Euro indika li l-assistenza finanzjarja mitluba kienet ser tiġi pprovduta lir-Repubblika ta’ Ċipru jew minn dan il-fond, jew mill-MES, fil-kuntest ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku li kellu jiġi kkonkretizzat f’memorandum ta’ qbil li n-negozjati tiegħu kienu ser jitmexxew, minn naħa, mill-Kummissjoni, flimkien mal-BĊE u l-FMI, u, min-naħa l-oħra, mill-awtoritajiet Ċiprijotti. Fid‑29 ta’ Novembru 2012, rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-BĊE, tal-FMI u tar-Repubblika ta’ Ċipru stabbilixxew abbozz ta’ memorandum ta’ qbil.

30      Fix-xahar ta’ Marzu 2013, ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-IMME l-oħra waslu għal ftehim politiku dwar dan l-abbozz ta’ memorandum ta’ qbil. Permezz ta’ dikjarazzjoni tas‑16 ta’ Marzu 2013, il-Grupp tal-Euro laqa’ dan il-ftehim u semma ċerti miżuri ta’ aġġustament li l-awtoritajiet Ċiprijotti impenjaw ruħhom li jieħdu, fosthom il-ħolqien ta’ taxxa fuq id-depożiti bankarji, ir-ristrutturazzjoni u r-rikapitalizzazzjoni ta’ banek kif ukoll ir-rikapitalizzazzjoni interna tad-detenturi ta’ bonds ta’ grad inferjuri.

31      Fit‑18 ta’ Marzu 2013, ir-Repubblika ta’ Ċipru ordnat l-għeluq tal-banek fil-jiem ta’ xogħol tad‑19 u tal‑20 ta’ Marzu 2013, u mbagħad sat‑28 ta’ Marzu 2013, sabiex jiġi evitat ġbid massiv ta’ flus mill-banek.

32      Fid‑19 ta’ Marzu 2013, il-Parlament Ċiprijott ċaħad abbozz ta’ liġi tal-Gvern Ċiprijott dwar il-ħolqien ta’ taxxa fuq id‑depożiti bankarji kollha tar-Repubblika ta’ Ċipru. Il-Gvern Ċiprijott għalhekk fassal abbozz ta’ liġi ġdid li jipprevedi biss ir-ristrutturazzjoni tal-BoC u tal-Laïki.

33      Fil‑21 ta’ Marzu 2013, il-BĊE ppubblika stqarrija għall-istampa (iktar ’il quddiem l-“istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013”) li indikat dan li ġej:

“Il-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE ddeċieda li jżomm il-livell eżistenti ta’ ELA […] sal‑25 ta’ Marzu 2013.

Estensjoni għar-rimbors tista’ tiġi kkunsidrata biss jekk jiġi stabbilit programm tal-[Unjoni jew tal-FMI] li jiżgura s-solvenza tal-banek ikkonċernati” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

34      Il-Parlament Ċiprijott adotta l-Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013.

35      Permezz ta’ dikjarazzjoni tal‑25 ta’ Marzu 2013, il-Grupp tal-Euro indika li kien intlaħaq ftehim mal-awtoritajiet Ċiprijotti dwar l-elementi essenzjali ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku futur, li kellu s-sostenn tal-IMME kollha kif ukoll tal-Kummissjoni, tal-BĊE u tal-FMI.

36      Id-Digrieti Nri 96 u 97, minn naħa, kif ukoll id-Digrieti Nri 103 u 104, min-naħa l-oħra, ġew adottati rispettivament fis‑26 ta’ Marzu 2013 u fid‑29 ta’ Marzu 2013.

37      Waqt il-laqgħa tiegħu tal‑24 ta’ April 2013, il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES:

–        ikkonferma, minn naħa, li l-Kummissjoni u l-BĊE kienu ġew inkarigati sabiex iwettqu l-evalwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 13(1) tat-Trattat MES u, min‑naħa l-oħra, li l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-BĊE u mal-FMI, kienet ġiet inkarigata sabiex tinnegozja l-memorandum ta’ qbil imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu mar-Repubblika ta’ Ċipru;

–        iddeċieda li jagħti sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru fil-forma ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja (iktar ’il quddiem il-“FAF”), konformement mal-proposta tad-Direttur Ġenerali tal-MES;

–        approva abbozz ġdid ta’ memorandum ta’ qbil innegozjat mill-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-BĊE u l-FMI, u mir-Repubblika ta’ Ċipru; u

–        inkariga lill-Kummissjoni sabiex tiffirma dan il-memorandum f’isem il-MES.

38      Fil‑25 ta’ April 2013, filwaqt li aġixxa bis-saħħa tal-Artikolu 136(1) TFUE, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/236 li tipprevedi sensiela ta’ “miżuri u [ta’] riżultati” bl-għan li jiġi kkorreġut id-defiċit baġitarju tar-Repubblika ta’ Ċipru u li tiġi stabbilita mill-ġdid l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ dan l-Istat Membru.

39      Il-memorandum ta’ qbil il-ġdid ġie ffirmat fis‑26 ta’ April 2013 mill-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika ta’ Ċipru, mill-Gvernatur tal-BĊĊ u mill-Viċi President tal-Kummissjoni, f’isem il-MES (iktar ’il quddiem il-“memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013”) u ġie approvat fit‑30 ta’ April 2013 mill-Parlament Ċiprijott.

40      Fit‑8 ta’ Mejju 2013, il-MES, ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-BĊĊ ikkonkludew ftehim dwar il-FAF. Fl-istess jum, il-Bord tad-Diretturi tal-MES approva dan il-ftehim kif ukoll proposta dwar il-modalitajiet ta’ pagament lir-Repubblika ta’ Ċipru tal-ewwel parti tal-għajnuna li tammonta għal EUR 3 biljun.

41      Permezz ta’ dikjarazzjoni tat‑13 ta’ Mejju 2013, il-Grupp tal-Euro laqa’ d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MES li tapprova din l-ewwel parti tal-għajnuna u kkonferma li r-Repubblika ta’ Ċipru kienet implimentat il-miżuri miftiehma fil-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013.

42      Permezz ta’ dikjarazzjoni tat‑13 ta’ Settembru 2013, il-Grupp tal-Euro laqa’, minn naħa, il-konklużjoni tal-ewwel missjoni ta’ kontroll tal-Kummissjoni, tal-BĊE u tal-FMI u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-BoC kien inħareġ mill-proċedura ta’ riżoluzzjoni fit‑30 ta’ Lulju 2013. Barra minn hekk, il-Grupp tal-Euro esprima s-sostenn tiegħu għall-ħlas lir-Repubblika ta’ Ċipru tat-tieni parti tal-għajnuna, ta’ madwar EUR 1.5 biljun, li sar fis‑27 ta’ Settembru 2013.

 Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenzi appellati

43      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, rispettivament, fl‑20 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T‑680/13 u fl‑1 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T‑786/14, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P ippreżentaw rikorsi intiżi, prinċipalment, sabiex il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-Grupp tal-Euro (iktar ’il quddiem il-“konvenuti”) jiġu kkundannati jħallsuhom l-ammonti msemmija fl-anness tar-rikors tagħhom, flimkien mal-interessi li jibdew mis‑16 ta’ Marzu 2013 sal-għoti tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali, u, sussidjarjament, sabiex jiġi kkonstatat li l-Unjoni u/jew il-konvenuti effettivament sostnew ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom kif ukoll sabiex tiġi ddeterminata l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf li jista’ jiġi kkumpensat li huma effettivament ġarrbu.

44      Permezz ta’ atti separati, ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T‑680/13, fl‑14 ta’ Lulju, fis‑16 ta’ Lulju u fit‑18 ta’ Awwissu 2014 rispettivament, il-Kunsill, il-BĊE u l-Kummissjoni qajmu eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

45      Permezz ta’ atti separati, ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T‑786/14, fis‑17 ta’ April, fid‑29 ta’ April u fit‑8 ta’ Mejju 2015 rispettivament, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-BĊE qajmu eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

46      Permezz tas-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P u kkundannathom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-BĊE.

 Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

47      Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑11 ta’ Jannar 2019, il-Kawżi C‑597/18 P, C‑598/18 P, C‑603/18 P u C‑604/18 P ingħaqdu għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tas-sentenza.

48      Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ Frar 2019, ir-Repubblika tal-Finlandja ġiet ammessa tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kunsill fil-Kawżi C‑597/18 P, C‑598/18 P, C‑603/18 P u C‑604/18 P.

 Il-Kawżi C597/18 P u C598/18 P

49      Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tannulla l-partijiet tas-sentenzi appellati li fihom il-Qorti Ġenerali tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu fir-rigward tar-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P kontra l-Grupp tal-Euro, u

–        tikkundanna lil dawn il-partijiet għall-ispejjeż relatati mal-appelli.

50      Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tiċħad l-appelli, u

–        tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

51      Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tilqa’ l-appelli, u

–        tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P għall-ispejjeż relatati mal-appelli u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

 Il-Kawżi C603/18 P u C604/18 P

52      L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tannulla s-sentenzi appellati;

–        tilqa’ t-talbiet tagħhom imressqa fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

–        tiċħad l-appelli inċidentali ppreżentati mill-Kunsill;

–        tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż relatati mal-appelli u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali; u

–        tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż relatati mal-appelli inċidentali.

53      Il-Kunsill u l-BĊE jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tiċħad l-appelli tal-appellanti, u

–        tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

54      Permezz tal-appelli inċidentali tiegħu, il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tannulla l-partijiet tas-sentenzi appellati li fihom il-Qorti Ġenerali tiċħad l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà tiegħu sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rikorsi tal-appellanti kontra l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236;

–        tiddikjara inammissibbli l-appelli ppreżentati mill-appellanti kontra l-Kunsill; u

–        tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

55      Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tiċħad l-appelli tal-appellanti;

–        tilqa’ l-appelli inċidentali ppreżentati mill-Kunsill; u

–        tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż relatati mal-appelli u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

 Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura

56      Wara li ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, l-appellanti, permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑16 ta’ Ġunju 2020, talbu li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

57      Insostenn tat-talba tagħhom, l-appellanti jsostnu, fl-ewwel lok, li l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali jiksru l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet sa fejn jeżaminaw biss l-argumenti mqajma mill-partijiet fil-kuntest tal-appelli ppreżentati mill-Kunsill fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P u mhux dawk li dawn ippreżentaw insostenn tal-appelli tagħhom fil-Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P. Fit-tieni lok, l-imsemmija konklużjonijiet huma bbażati fuq qari żbaljat tal-argumenti ppreżentati mill-appellanti insostenn tal-appelli tagħhom fil-Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P, sa fejn dawn tal-aħħar qatt ma allegaw li r-rikonoxximent tal-Grupp tal-Euro, bħala istituzzjoni li l-atti u l-aġir tagħha jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, jikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja għas-suċċess tat-talbiet tagħhom intiżi għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li huma ġarrbu. Skont l-appellanti, isegwi, fit-tielet u fl-aħħar lok, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala rilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni ta’ dawn il-kawżi.

58      Għandu jitfakkar li, bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu r-rwol li jippreżenta pubblikament, b’imparzjalità sħiħa u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta bil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas bil-motivazzjoni li fuq il-bażi tagħha huwa jasal għalihom (sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, Société des produits Nestlé et vs Mondelez UK Holdings & Services, C‑84/17 P, C‑85/17 P u C‑95/17 P, EU:C:2018:596, punt 31).

59      Barra minn hekk, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprevedux il-possibbiltà, għall-partijiet ikkonċernati, li jippreżentaw osservazzjonijiet bi tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity, C‑164/15 P u C‑165/15 P, EU:C:2016:990, punt 31 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

60      Konsegwentement, il-fatt li parti ma taqbilx mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, irrispettivament mill-kwistjonijiet li dan jeżamina fihom, ma jistax jikkostitwixxi, fih innifsu, raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura (sentenza tat‑28 ta’ Frar 2018, mobile.de vs EUIPO, C‑418/16 P, EU:C:2018:128, punt 30).

61      Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

62      Dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, minn naħa, l-aggravji u l-argumenti ppreżentati mill-appellanti insostenn tal-appelli tagħhom fil-Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P ġew diskussi matul il-fażi bil-miktub u l-fażi orali tal-proċedura. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja li qieset li l-appelli ppreżentati mill-Kunsill fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P kienu jqajmu, skont l-Artikolu 20(5) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kwistjoni ta’ liġi ġdida, l-Avukat Ġenerali ffoka l-konklużjonijiet tiegħu fuq l-evalwazzjoni tal-argumenti mressqa mill-partijiet fil-kuntest tal-imsemmija appelli, u dan huwa bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-argumenti li l-appellanti setgħu jesponu, matul l-imsemmija fażijiet tal-proċedura, fil-kuntest tal-appelli tagħhom stess fil-Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P u jeskludi, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, li l-Avukat Ġenerali wettaq qari żbaljat ta’ dawn l-istess argumenti peress li ma eżaminahomx fil-kuntest tal-konklużjonijiet tiegħu. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li hija għandha biżżejjed informazzjoni permezz tad-diversi argumenti li ġew debitament diskussi quddiemha.

63      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.

 Fuq l-appelli tal-Kunsill fil-Kawżi C597/18 P u C598/18 P

 L-argumenti tal-partijiet

64      Insostenn tal-appelli tiegħu, il-Kunsill iqajjem aggravju uniku, ibbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-ġurisprudenza dwar il-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni.

65      Permezz ta’ dan l-aggravju, il-Kunsill isostni, essenzjalment, li, kuntrarjament għal dak li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, il-Grupp tal-Euro ma jistax jitqies bħala “istituzzjoni”, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.

66      F’dan ir-rigward, il-Kunsill iqis, l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali kkwalifikat il-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 61 tas-sentenza tagħha tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:702), li l-Grupp tal-Euro ma jistax jiġi assimilat ma’ formazzjoni tal-Kunsill u lanqas ma jista’ jiġi kklassifikat bħala “korp” jew “organu tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.

67      It-tieni nett, il-Kunsill ifakkar, billi jiċċita s-sentenza tal‑10 ta’ April 2002, Lamberts vs L‑Ombudsman (T‑209/00, EU:T:2002:94, punt 49), li, għalkemm il-kunċett ta’ “istituzzjoni”, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, jinkludi mhux biss l-istituzzjonijiet espressament imsemmija fl-Artikolu 13 TUE iżda wkoll l-organi kollha tal-Unjoni li jissodisfaw żewġ kriterji, jiġifieri, minn naħa, li ġew stabbiliti mit-Trattati u, min-naħa l-oħra, li jkunu intiżi sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni, madankollu, il-Grupp tal-Euro ma jissodisfax l-ewwel minn dawn iż-żewġ kriterji.

68      F’dan ir-rigward, huwa jikkritika, qabel kollox, lill-Qorti Ġenerali talli ddikjarat, fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, li l-Grupp tal-Euro huwa “korp tal-Unjoni stabbilit formalment mit-Trattati”, filwaqt li jikkostitwixxi laqgħa informali tal-ministri tal-IMME li l-unika funzjoni tagħha hija li jiddiskutu kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet speċifiċi li l-ministri jaqsmu fil-qasam ta’ munita unika. Sussegwentement, l-Artikolu 137 TFUE u l-Protokoll Nru 14 ma jistabbilixxux il-Grupp tal-Euro, iżda sempliċement jirrikonoxxuh. Fl-aħħar nett, il-Kunsill jenfasizza li l-Qorti Ġenerali ma identifikat l-ebda kompetenza attribwita lill-Grupp tal-Euro mit-Trattati u lanqas ma kkonstatat li dan għandu personalità ġuridika distinta.

69      Fir-rigward tat-tieni kriterju, il-Kunsill jirrikonoxxi li l-laqgħat tal-Grupp tal-Euro jikkontribwixxu effettivament għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni, iżda jenfasizza li l-Artikolu 119(2) TFUE u l-Artikolu 3 TUE bl-ebda mod ma jsemmu l-Grupp tal-Euro bħala entità.

70      It-tielet nett, il-Kunsill jirrifjuta t-tħassib espress mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 114 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 110 tat-tieni sentenza appellata, li l-assenza ta’ rikonoxximent tal-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni kontra l-Grupp tal-Euro toħloq lakuna fil-qasam tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li l-prinċipju tagħha huwa stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.

71      F’dan ir-rigward, il-Kunsill ifakkar, fl-ewwel lok, billi jiċċita s-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701, punt 55), li l-Kummissjoni tista’ tinżamm responsabbli għal-legalità tal-atti tal-MES. Fit-tieni lok, il-Kunsill jirrileva, kif il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet fil-punt 238 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 237 tat-tieni sentenza appellata, li l-ammissibbiltà tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni tista’ tkun suġġetta, f’ċerti każijiet, għall-eżawriment tar-rimedji nazzjonali li huma possibbli għall-kisba tal-annullament ta’ deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali, sakemm dawn ir-rimedji nazzjonali jiżguraw b’mod effikaċi l-protezzjoni tal-individwi kkonċernati billi jkunu jistgħu jwasslu għall-kumpens għad-dannu allegat. Il-Kunsill isostni, fit-tielet lok, li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, konformement mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU 2013, L 140, p. 1), tistħarreġ l-atti tal-Kunsill li jippreċedu u jsawru l-kundizzjonalità tal-MES. Fir-raba’ u fl-aħħar lok, il-Kunsill jirreferi għall-punt 66 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawżi magħquda Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:294), li minnu jirriżulta li l-assenza ta’ rimedju dirett kontra l-Grupp tal-Euro tmur kontra l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva biss jekk il-Grupp tal-Euro jkun irċieva fit-trattati s-setgħa li jadotta atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti fil-konfront ta’ terzi. Issa, dan ma huwiex il-każ, peress li l-Grupp tal-Euro huwa, skont il-Kunsill, forum ta’ diskussjoni u mhux korp deċiżjonali.

72      Waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill żied li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva ma jikkostitwixxix kriterju sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni lil hinn mit-termini li jinsabu fit-Trattati.

73      Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikoli 263 u 340 TFUE għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni ratione personae. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li l-Qorti Ġenerali ma ċċitat l-ebda sentenza li tistabbilixxi li entità li l-atti tagħha ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament jista’, mill-banda l-oħra, ikollha l-atti jew l-aġir tagħha kkontestati fil-kuntest ta’ rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni.

74      Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P jikkontestaw il-fondatezza tal-aggravju uniku mqajjem mill-Kunsill. Huma jsostnu, fl-ewwel lok, li d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tinsab fil-punt 61 tas-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:702), li l-Grupp tal-Euro ma jistax jiġi kklassifikat bħala “korp” jew “organu tal-Unjoni”, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, ma hijiex rilevanti peress li dik is-sentenza kienet tirrigwarda l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra l-Grupp tal-Euro, li jikkostitwixxi rimedju ġudizzjarju distint minn dak tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.

75      Fit-tieni lok, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P jikkontestaw l-argument li l-Grupp tal-Euro ma ġiex stabbilit mit-Trattati, minkejja li l-eżistenza tiegħu kienet ġiet ifformalizzata mit-Trattat ta’ Lisbona li annetta l-Protokoll Nru 14 tat-Trattat FUE.

76      Fit-tielet lok, il-Grupp tal-Euro ma jillimitax ruħu għal forum informali ta’ diskussjoni, iżda jeżerċita responsabbiltajiet li jaqgħu taħt l-elaborazzjoni tal-politika ekonomika u baġitarja tal-Unjoni.

77      Fir-raba’ u fl-aħħar lok, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P isostnu li l-assenza ta’ possibbiltà li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Unjoni għall-atti tal-Grupp tal-Euro twassal għal ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

78      Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, l-Unjoni għandha, fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, konformement mal-prinċipji ġenerali komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-membri tal-persunal tagħha fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.

79      L-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jeħtieġ li jkunu ssodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l‑illegalità tal-aġir ikkritikat fil-konfront tal-istituzzjoni tal-Unjoni, in-natura reali tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir ta’ din l-istituzzjoni u d-dannu invokat (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701, punt 64 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

80      Il-kunċett ta’ “istituzzjoni”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jinkludi mhux biss l-istituzzjonijiet tal-Unjoni elenkati fl-Artikolu 13(1) TUE, iżda wkoll il-korpi u l-organi kollha tal-Unjoni stabbiliti mit-Trattati, jew bis-saħħa tagħhom, u intiżi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Diċembru 1992, SGEEM u Etroy vs BEI, C‑370/89, EU:C:1992:482, punti 13 sa 16).

81      F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali fakkret f’din il-ġurisprudenza fil-punti 82, 106 u 112 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 78, 102 u 108 tat-tieni sentenza appellata. Skont l-imsemmija ġurisprudenza, hija ddeċidiet, fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, li l-Grupp tal-Euro jikkostitwixxi entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati u intiża sabiex tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni. Hija waslet għal din il-konklużjoni wara analiżi, żviluppata f’dawn l-istess punti tas-sentenzi appellati, dwar it-termini tal-Artikolu 137 TFUE u tal-Protokoll Nru 14, li minnha jirriżulta, minn naħa, li dawn jipprevedu, b’mod partikolari, l-eżistenza, il-kompożizzjoni, il-modalitajiet ta’ laqgħa kif ukoll il-funzjonijiet tal-Grupp tal-Euro u, min-naħa l-oħra, li din l-entità tiltaqa’ sabiex tiddiskuti kwistjonijiet li jaqgħu, skont l-Artikolu 119(2) TFUE, taħt l-azzjoni tal-Unjoni għall-finijiet tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 TUE, li jinkludu l-istabbiliment ta’ unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha hija l-euro.

82      Fil-kuntest tal-aggravju uniku mqajjem insostenn tal-appelli tiegħu, il-Kunsill ma jikkontestax il-kriterji ddefiniti mill-ġurisprudenza, iċċitata fil-punt 80 ta’ din is-sentenza, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni.

83      Il-Kunsill iqis madankollu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, li l-Grupp tal-Euro kien jissodisfa l-ewwel wieħed mill-imsemmija kriterji, ibbażat fuq il-fatt li l-entità konvenuta għandha tkun entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati, filwaqt li l-Artikolu 137 TFUE u l-Protokoll Nru 14 jirrikonoxxu biss id-dritt tal-IMME li jiltaqgħu b’mod informali u ma jagħtu l-ebda kompetenza lill-Grupp tal-Euro.

84      F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li l-Grupp tal-Euro ġie formalment stabbilit permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat‑13 ta’ Diċembru 1997 li tipprovdi li “[i]l-ministri tal-[IMME] jistgħu jiltaqgħu b’mod informali sabiex jiddiskutu kwistjonijiet marbutin mar-responsabbiltajiet speċifiċi li huma jikkondividu fil-qasam tal-munita unika” u “[i]l-Kummissjoni u, jekk ikun il-każ, il-[BĊE], huma mistednin jipparteċipaw fil-laqgħat”. Kif enfasizza wkoll l-Avukat Ġenerali, b’mod partikolari, fil-punti 64, 65, 92, 96, 101, 103 u 106 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Grupp tal-Euro ġie kkonċepit bħala korp intergovernattiv, estern għall-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, intiż sabiex jippermetti lill-ministri tal-IMME jiskambjaw u jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltajiet komuni tagħhom fil-qasam ta’ munita unika. Għalhekk huwa jagħmel konnessjoni bejn il-livell nazzjonali u l-livell tal-Unjoni għall-finijiet tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-IMME.

85      Huwa minnu li, kif ikkonstatat ġustament il-Qorti Ġenerali, fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, l-Artikolu 137 TFUE u l-Protokoll Nru 14 jipprevedu, b’mod partikolari, l-eżistenza, il-kompożizzjoni, il-modalitajiet ta’ laqgħa u l-funzjonijiet tal-Grupp tal-Euro.

86      Madankollu, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P, minn din il-konstatazzjoni ma jistax jiġi dedott li l-Grupp tal-Euro huwa entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 80 ta’ din is-sentenza.

87      Fil-fatt, huwa minnu li l-Artikolu 137 TFUE u l-Protokoll Nru 14 ifformalizzaw l-eżistenza tal-Grupp tal-Euro u l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u tal-BĊE fil-laqgħat tiegħu. Madankollu, huma bl-ebda mod ma biddlu n-natura intergovernattiva tiegħu. F’dan ir-rigward, għandu, b’mod partikolari, jiġi enfasizzat, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, li l-Grupp tal-Euro ma jistax jiġi assimilat ma’ formazzjoni tal-Kunsill (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:702, punt 61).

88      Fit-tieni lok, kif jirriżulta espressament mill-formulazzjoni kemm tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat‑13 ta’ Diċembru 1997 kif ukoll tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 14, u kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 61 tas-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:702), il-Grupp tal-Euro huwa kkaratterizzat min-natura informali tiegħu li hija spjegata, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 64 u 86 tal-konklużjonijiet tiegħu, permezz tal-iskop tal-ħolqien tiegħu li jikkonsisti f’li l-unjoni ekonomika u monetarja tingħata strument intergovernattiv ta’ koordinazzjoni, mingħajr madankollu ma jiġi affettwat ir-rwol tal-Kunsill, li huwa l-qalba tal-proċess deċiżjonali fil-livell tal-Unjoni fil-qasam ekonomiku, u lanqas l-indipendenza tal-BĊE.

89      Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li l-Grupp tal-Euro, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, ma għandu l-ebda kompetenza tiegħu stess, peress li l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 14 sempliċement jistabbilixxi li l-laqgħat tiegħu jseħħu, sa fejn ikun meħtieġ, sabiex jiddiskutu kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet speċifiċi li l-ministri tal-IMME jaqsmu fil-qasam tal-munita unika, billi dawn ir-responsabbiltajiet huma imposti fuqhom biss minħabba l-kompetenza tagħhom fil-livell nazzjonali.

90      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset, fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, li l-Grupp tal-Euro kien entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati u li rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni seta’ għalhekk jiġi ppreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P fil-konfront tiegħu, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.

91      Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument ta’ dawn ir-rikorrenti, li huwa bbażat fuq ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali żviluppat fil-punt 114 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 110 tat-tieni sentenza appellata, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta.

92      F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, fl-imsemmija punti tas-sentenzi appellati, li l-assenza ta’ possibbiltà li jiġi ppreżentat, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni kontra l-Grupp tal-Euro tmur kontra l-prinċipju tal-Unjoni ta’ dritt fid-dawl tar-rekwiżiti marbuta mal-osservanza tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

93      Issa, għandu jiġi enfasizzat li, fid-dawl ta’ dak li ġie rrilevat fil-punt 89 ta’ din is-sentenza u tal-fatt li l-Grupp tal-Euro ma għandux is-setgħa li jissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza tal-ftehimiet politiċi konklużi fi ħdanu, dawn il-ftehimiet jikkonkretizzaw ruħhom u huma implimentati permezz, b’mod partikolari, ta’ atti u ta’ aġir tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-partijiet fil-kawża jistgħu għalhekk jippreżentaw, quddiem il-qrati tal-Unjoni, rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni kontra l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE abbażi tal-atti jew tal-aġir li dawn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw b’riżultat ta’ tali ftehimiet politiċi, kif jixhdu, f’dan il-każ, ir-rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza mir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P.

94      Għalhekk, fis-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rikorsi għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huma ammissibbli sa fejn dawn kienu ppreżentati kontra l-Kunsill abbażi tal-miżuri speċifiċi li ġew adottati fil-kuntest tal-programm triennali ta’ aġġustament makroekonomiku implimentat mir-Repubblika ta’ Ċipru u li huma espressament imsemmija fl-Artikolu 2(4) sa (15) tad-Deċiżjoni 2013/236.

95      Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li huma ammissibbli, f’dawn l-istess sentenzi, ir-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P sa fejn kienu diretti kontra l-Kummissjoni u l-BĊE minħabba l-allegat aġir illegali tagħhom matul in-negozjati u l-iffirmar tal-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013 li jikkonkretizza l-imsemmi programm ta’ aġġustament makroekonomiku.

96      F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-Artikolu 17(1) TUE, il-Kummissjoni “għandha tippromwovi l-interess ġenerali ta’ l-Unjoni” u “għandha tissorvelja l-implementazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni” (sentenzi tas‑27 ta’ Novembru 2012, Pringle, C‑370/12, EU:C:2012:756, punt 163, kif ukoll tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701, punt 57). Din l-istituzzjoni għalhekk iżżomm, fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħha fl-attivitajiet tal-Grupp tal-Euro, ir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati. Minn dan jirriżulta li n-nuqqas ta’ azzjoni eventwali tagħha fl-istħarriġ tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-ftehimiet politiċi konklużi fi ħdan il-Grupp tal-Euro jista’ jwassal għal kontestazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.

97      Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, billi qieset, fil-punti 113 u 114 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 109 u 110 tat-tieni sentenza appellata, li, taħt piena li jinkiser il-prinċipju tal-Unjoni tad-dritt, il-Grupp tal-Euro kellu jitqies bħala entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati li l-atti jew l-aġir tagħha setgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħhom.

98      Għaldaqstant, l-appelli tal-Kunsill għandhom jintlaqgħu u s-sentenzi appellati għandhom jiġu annullati sa fejn jiċħdu l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma minn din l-istituzzjoni sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P ippreżentati kontra l-Grupp tal-Euro.

 Fuq l-appelli inċidentali tal-Kunsill fil-Kawżi C603/18 P u C604/18 P

 L-argumenti tal-partijiet

99      Insostenn tal-appelli inċidentali tiegħu, il-Kunsill, li l-Kummissjoni tingħaqad miegħu, iressaq aggravju uniku, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fil-punti 181 u 191 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 180 u 190 tat-tieni sentenza appellata, minn naħa, li l-Kunsill, permezz tal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, eżiġa li l-awtoritajiet Ċiprijotti jżommu jew jimplimentaw b’mod kontinwu l-miżura li tikkonsisti fil-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija awtoritajiet ma kellhom l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jirrevokaw din il-konverżjoni. Fil-fatt, skont il-Kunsill, tali interpretazzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni li jikkontesta att jew aġir li permezz tiegħu awtorità nazzjonali tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li hija ġurisprudenza li teżiġi li jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet kumulattivi.

100    Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, jiġifieri li l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni għandha tkun meħtieġa permezz ta’ att tal-Unjoni li jorbot Stat Membru fuq livell legali, il-Kunsill isostni, qabelxejn, li l-adozzjoni ta’ din il-miżura kienet preċedenti għad-Deċiżjoni 2013/236.

101    Sussegwentement, il-Kunsill isostni li l-appellanti kienu jġarrbu l-istess dannu fl-assenza ta’ din id-deċiżjoni u li r-rekwiżit li tinżamm jew li titkompla l-implimentazzjoni tal-imsemmija miżura huwa imputabbli biss lill-awtoritajiet Ċiprijotti. L-obbligu li titwettaq valutazzjoni indipendenti tal-assi tal-Laïki u tal-BoC, previst fl-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, jippreżumi iżda ma jimponix konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC.

102    Fl-aħħar nett, il-Kunsill jirrileva li d-Deċiżjoni 2013/236 kienet taqa’ taħt prattika komuni stabbilita sa mill-bidu tal-kriżi taż-żona tal-euro, li skontha l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza finanzjarja mogħtija lil IMME hija marbuta mad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 136 TFUE, li b’hekk jiżguraw koerenza bejn il-qasam ta’ azzjoni intergovernattiva u dak tal-Unjoni.

103    Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, jiġifieri li l-awtoritajiet nazzjonali ma għandu jkollhom l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jimplimentaw leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kunsill isostni li, fi kwalunkwe każ, din ma kinitx issodisfatta f’dan il-każ. F’dan ir-rigward, il-Kunsill jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli qieset, fil-punti 186 sa 188 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 185 sa 187 tat-tieni sentenza appellata, li l-awtoritajiet Ċiprijotti ma kellhomx marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jirrevokaw il-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC minħabba li d-Deċiżjoni 2013/236 kienet obbligatorja għar-Repubblika ta’ Ċipru u li kellha effetti legalment vinkolanti. B’dan il-mod, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jirrendi t-tieni kundizzjoni superfluwa meta mqabbla mal-ewwel kundizzjoni kif stabbilita fil-punt 100 ta’ din is-sentenza u jwassal għal kontradizzjoni sa fejn, fil-punt 178 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punt 177 tat-tieni sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li l-imsemmija Deċiżjoni 2013/236 kienet tħalli, mill-banda l-oħra, marġni ta’ diskrezzjoni lill-awtoritajiet Ċiprijotti sabiex jiddefinixxu l-modalitajiet partikolari meħtieġa mill-Artikolu 2(6)(b) tagħha għall-integrazzjoni tal-Laïki fil-BoC.

104    Barra minn hekk, il-Kunsill isostni li l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet Ċiprijotti sabiex iwettqu l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC huwa sostnut mill-fatt li l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236 huwa redatt f’termini ġenerali u ma jinkludi l-ebda modalità partikolari fir-rigward ta’ din il-konverżjoni.

105    L-appellanti jqisu li l-appelli inċidentali tal-Kunsill huma inammissibbli, peress li dawn huma intiżi, fir-realtà, sabiex tinkiseb evalwazzjoni ġdida tal-fatti, u, fi kwalunkwe każ, infondati. B’mod partikolari, l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236 jipprojbixxi lill-awtoritajiet Ċiprijotti milli jirrevokaw il-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC taħt piena li jinkisru kemm l-obbligu preċiż stabbilit minn din id-dispożizzjoni li titwettaq l-imsemmija konverżjoni kif ukoll in-natura vinkolanti tad-Deċiżjoni 2013/236.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

106    Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 268 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE jagħtu ġurisdizzjoni lill-qorti tal-Unjoni biss sabiex tikkumpensa d-danni kkawżati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mill-membri tal-persunal tagħhom li jaġixxu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, jiġifieri sabiex tikkumpensa d-danni li jistgħu jqiegħdu f’riskju r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Mill-banda l-oħra, id-danni kkawżati mill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu biss iqiegħdu f’riskju r-responsabbiltà ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati nazzjonali jibqgħu kompetenti biss sabiex jiżguraw il-kumpens (sentenza tas‑7 ta’ Lulju 1987, L’Étoile commerciale u CNTA vs Il‑Kummissjoni, 89/86 u 91/86, EU:C:1987:337, punt 17 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

107    Minn dan isegwi li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-qorti tal-Unjoni għandhiex ġurisdizzjoni, għandu jiġi vverifikat jekk l-illegalità allegata insostenn tat-talba għad-danni toriġinax minn istituzzjoni tal-Unjoni u ma tistax titqies bħala imputabbli lil awtorità nazzjonali.

108    Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, korrettament imfakkra fil-punti 83 u 84 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 79 u 80 tat-tieni sentenza appellata, li l-Qorti Ġenerali eżaminat, b’mod partikolari, jekk il-Kunsill kienx, permezz tal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, eżiġa li l-awtoritajiet Ċiprijotti jżommu jew ikomplu jimplimentaw il-miżuri ta’ integrazzjoni tal-Laïki u ta’ konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC, u, jekk ikun il-każ, jekk ir-Repubblika ta’ Ċipru kellhiex, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward.

109    Qabel kollox għandu jitfakkar li l-imsemmija dispożizzjoni tipprovdi li l-programm ta’ aġġustament makroekonomiku għar-Repubblika ta’ Ċipru jipprevedi li “ssir valutazzjoni indipendenti tal-assi [tal-BoC] u [tal-Laïki] u li jiġu integrati malajr l-operazzjonijiet [tal-Laïki] ma’ dawk [tal-BoC]. Il-valutazzjoni trid isseħħ malajr sabiex il-konverżjoni tad-depożiti f’azzjonijiet tkun tista’ titlesta [fil-BoC]”.

110    Fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, il-Qorti Ġenerali rrilevat, l-ewwel nett, fil-punt 180 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 179 tat-tieni sentenza appellata, li din id-dispożizzjoni “[t]eżiġi valutazzjoni indipendenti tal-assi tal-banek [ikkonċernati] li għandha titlesta f’terminu li jippermetti li din il-konverżjoni titwettaq” u li “isegwi b’mod impliċitu, iżda neċessarjament,” mill-imsemmija dispożizzjoni li l-awtoritajiet Ċiprijotti ma setgħux “jannullaw [l-imsemmija] konverżjoni”. Minn dan hija kkonkludiet, fil-punt 181 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 180 tat-tieni sentenza appellata, li “l-Kunsill, permezz tal-[imsemmi] Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, eżiġa li r-Repubblika ta’ Ċipru żżomm jew tkompli timplimenta [il-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC]”.

111    Il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li wettqet, fis-siltiet tas-sentenzi appellati riprodotti fil-punt preċedenti, xi żball ta’ evalwazzjoni. Fil-fatt, fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236 jirriżulta li l-valutazzjoni tal-assi tal-BoC u l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC huma tranżazzjonijiet teknikament marbuta, fis-sens li din il-valutazzjoni, intiża sabiex jiġi ddeterminat il-prezz medju ta’ azzjoni li d-depożitanti jirċievu minflok id-depożiti tagħhom, kienet meħtieġa bl-uniku għan li ssegwi din il-konverżjoni.

112    Fit-tieni lok, huwa irrilevanti, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, li d-Deċiżjoni 2013/236 hija sussegwenti għall-adozzjoni tal-miżura li tikkonsisti fil-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC, peress li, kif irrilevat ġustament il-Qorti Ġenerali, fil-punti 157, 159 u 160 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 156, 158 u 159 tat-tieni sentenza appellata, għalkemm ma jistax jitqies li l-Kunsill eżiġa l-adozzjoni tal-imsemmija miżura, kellu madankollu jiġi vverifikat jekk din l-istituzzjoni kinitx, billi adottat id-Deċiżjoni 2013/236, ġiegħlet lir-Repubblika ta’ Ċipru żżomm jew tkompli timplimenta din il-miżura, li kien il-każ, kif ikkonkludiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 181 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punt 180 tat-tieni sentenza appellata.

113    Għaldaqstant, l-argument tal-Kunsill intiż sabiex jikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punti 180 u 181 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 179 u 180 tat-tieni sentenza appellata, ma jistax jintlaqa’.

114    It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali vverifikat, fil-punti 183 sa 190 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 182 sa 189 tat-tieni sentenza appellata, jekk ir-Repubblika ta’ Ċipru kellhiex marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tevita r-rekwiżit li żżomm jew li tkompli timplimenta l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC. F’dan ir-rigward, fil-punti 186 u 187 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 185 u 186 tat-tieni sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, qabel kollox, ippreċiżat li d-Deċiżjoni 2013/236 kienet ta’ natura obbligatorja għar-Repubblika ta’ Ċipru fl-elementi kollha tagħha, inkluż l-Artikolu 2(6)(b) tagħha, peress li d-dispożizzjonijiet tagħha huma fformulati b’mod sħiħ f’termini imperattivi. Sussegwentement, fil-punt 188 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 187 tat-tieni sentenza appellata, hija enfasizzat li l-imsemmija deċiżjoni kienet intiża sabiex tipproduċi effetti legali vinkolanti. Fl-aħħar nett, fil-punti 189 u 190 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 188 u 189 tat-tieni sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, bi tweġiba għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Kunsill kien indika li d-Deċiżjoni 2013/236 kienet taqa’ taħt prattika komuni stabbilita sa mill-bidu tal-kriżi taż-żona tal-euro, li skontha l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza finanzjarja mogħtija lil IMME hija marbuta mad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 136 TFUE, u b’hekk kienet tiżgura l-koerenza bejn il-qasam ta’ azzjoni intergovernattiva u dak tal-Unjoni. Minn dan hija kkonkludiet, fil-punt 191 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 190 tat-tieni sentenza appellata, li r-Repubblika ta’ Ċipru ma kellha l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tirrevoka l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC.

115    Kif isostni ġustament il-Kunsill, dan ir-raġunament huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi.

116    Fil-fatt, peress li l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236 jillimita ruħu li jeżiġi, f’termini ġenerali, li l-awtoritajiet Ċiprijotti jżommu jew ikomplu jimplimentaw din il-konverżjoni, mingħajr ma jiddefinixxi b’xi mod il-modalitajiet partikolari ta’ din it-tranżazzjoni, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat, fil-punti 183 sa 191 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punti 182 sa 190 tat-tieni sentenza appellata, li dawn l-awtoritajiet ma kellhom l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiffissaw tali modalitajiet, b’mod partikolari sabiex jiddeterminaw in-numru u l-valur tal-azzjonijiet attribwiti lid-depożitanti tal-BoC bi skambju mad-depożiti tagħhom mhux assigurati minn dan il-bank.

117    Minn dan isegwi li l-motivi li jinsabu fl-imsemmija punti tas-sentenzi appellati huma vvizzjati bi żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ natura li twassal għall-annullament tas-sentenzi appellati sa fejn dawn jiċħdu l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill b’rabta mal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236.

118    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-appelli inċidentali għandhom jintlaqgħu.

 Fuq l-appelli tal-appellanti fil-Kawżi C603/18 P u C604/18 P

119    Insostenn tal-appelli tagħhom, l-appellanti jinvokaw tmien aggravji.

 Fuq l-ewwel aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

120    Fil-kuntest tal-ewwel aggravju, l-appellanti jilmentaw, essenzjalment, minn sensiela ta’ żbalji jew ta’ żnaturamenti ta’ provi li allegatament wettqet il-Qorti Ġenerali, fil-punti 115 sa 118, 127 u 132 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 111 sa 114, 123 u 128 tat-tieni sentenza appellata, billi ddeċidiet, minn naħa, li d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu 2013 ma kinitx teżiġi li r-Repubblika ta’ Ċipru tadotta d-digrieti msemmija fil-punti 20 sa 24 ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, li l-ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-IMME li skontu l-FAF għandha tingħata lir-Repubblika ta’ Ċipru biss jekk hija tadotta l-miżuri previsti mill-imsemmija digrieti (il-“ftehim ta’ kundizzjonalità”) ġie konkluż mill-Ministri tal-Finanzi ta’ dawn l-IMME bħala membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MES, u mhux bħala membri tal-Grupp tal-Euro.

121    Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw li dan l-aggravju huwa inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondat.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

122    Għandu jiġi rrilevat li dan l-ewwel aggravju huwa bbażat, bħall-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li huma kkritikati fih, fuq il-premessa, li tinsab fil-punt 113 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 109 tat-tieni sentenza appellata, li l-Grupp tal-Euro huwa entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati, li l-atti u l-aġir tagħha jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE. Issa, kif jirriżulta mill-eżami tal-appelli tal-Kunsill fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P, din il-premessa hija vvizzjata bi żball ta’ liġi. Għaldaqstant, l-ewwel aggravju ma jistax, fi kwalunkwe każ, jintlaqa’.

 Fuq it-tieni sar-raba’ aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

123    Permezz tat-tieni sar-raba’ aggravju tagħhom, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali talli wettqet żbalji ta’ liġi jew ta’ evalwazzjoni u li wettqet żnaturamenti fir-rigward tal-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013, tan-negozjati u tal-konklużjoni tal-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013, tal-“kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni li skonthom il-miżuri adottati mill-awtoritajiet Ċiprijotti kienu konformi mal-kundizzjonalità”, tal-approvazzjoni, mill-Kummissjoni u mill-BĊE, tal-ħlas tad-diversi partijiet tal-FAF lir-Repubblika ta’ Ċipru, tad-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tat‑12 ta’ April, tat‑13 ta’ Mejju u tat‑13 ta’ Settembru 2013, kif ukoll tad-Deċiżjoni 2013/236.

124    B’mod partikolari, huma jikkontestaw li l-Qorti Ġenerali setgħet, wara li analizzat dawn il-provi, tasal għall-konklużjoni li l-konvenuti ma talbux lill-awtoritajiet Ċiprijotti jadottaw il-miżuri previsti mid-digrieti msemmija fil-punti 20 sa 24 ta’ din is-sentenza filwaqt li, b’mod partikolari, id-diversi atti u aġir tal-konvenuti kienu jagħmlu parti minn “continuum” fejn kull wieħed minn dawn l-atti u aġir huwa kundizzjoni neċessarja għaż-żamma jew għall-implimentazzjoni kontinwa, mir-Repubblika ta’ Ċipru, ta’ dawn il-miżuri u jikkostitwixxi azzjoni miftiehma tal-konvenuti.

125    Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li, bis-saħħa tal-Artikolu 14.4 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE (iktar ’il quddiem l-“Istatuti tal-BĊE”), is-setgħa ta’ din l-istituzzjoni li ttemm l-ELA tfisser li l-għoti tagħha ma jaqax taħt il-kompetenzi esklużivi ta’ bank ċentrali nazzjonali, b’tali mod li, permezz tal-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013, din l-istituzzjoni eżiġiet lill-awtoritajiet Ċiprijotti li jadottaw il-miżuri msemmija fil-punt preċedenti.

126    Il-konvenuti jikkontestaw l-argumenti tal-appellanti.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

127    Mill-Artikolu 256 TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali mqajma speċifikament insostenn ta’ din it-talba. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-kriterju ma jkunx issodisfatt minn appell li, mingħajr ma jinkludi argument li speċifikament jidentifika l-iżball ta’ liġi li allegatament jivvizzja s-sentenza appellata, sempliċement jirriproduċi l-motivi u l-argumenti li jkunu diġà tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, tali appell jikkostitwixxi, fir-realtà, talba intiża sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, li ma jaqax fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il‑Kummissjoni, C‑352/98 P, EU:C:2000:361, punt 35, kif ukoll id-digriet tas‑27 ta’ Mejju 2020, Paix et justice pour les juifs séfarades en Israël vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill tal-Ewropa, C‑798/19 P, mhux ippubblikat, EU:C:2020:389, punti 10 u 11 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

128    Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti sabiex tikkonstata l-fatti u lanqas, ħlief f’każ ta’ eċċezzjoni, sabiex teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali qieset insostenn ta’ dawn il-fatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑8 ta’ Mejju 2003, T. Port vs Il‑Kummissjoni, C‑122/01 P, EU:C:2003:259, punt 27, kif ukoll tal‑25 ta’ Ottubru 2007, Komninou et vs Il‑Kummissjoni, C‑167/06 P, mhux ippubblikata, EU:C:2007:633, punt 40). L-evalwazzjoni tal-provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ ta’ żnaturament ta’ dawn il-provi, kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 1998, New Holland Ford vs Il‑Kummissjoni, C‑8/95 P, EU:C:1998:257, punt 26).

129    F’dan il-każ, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, sa fejn huma relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tat‑12 ta’ April, tat‑13 ta’ Mejju u tat‑13 ta’ Settembru 2013, l-argumenti żviluppati mill-appellanti fil-kuntest tat-tieni sar-raba’ aggravju tagħhom għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 122 ta’ din is-sentenza.

130    It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li, bl-iskuża ta’ argument ibbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi mill-Qorti Ġenerali, dawn it-tieni sar-raba’ aggravju jikkonsistu, essenzjalment, f’repetizzjoni tal-argumenti ppreżentati mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali, li skonthom l-atti u l-aġir tal-konvenuti kienu parti minn “continuum”, u għalhekk huma intiżi sabiex jiksbu evalwazzjoni ġdida ta’ dan l-argument mill-Qorti tal-Ġustizzja, ħaġa li ma taqax fil-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar.

131    It-tielet nett, sa fejn l-argumenti tal-appellanti jirrigwardaw in-negozjati u l-konklużjoni tal-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013 mill-Kummissjoni, il-“kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni li skonthom il-miżuri adottati mill-awtoritajiet Ċiprijotti kienu konformi mal-kundizzjonalità” u l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni u mill-BĊE, tal-ħlas tad-diversi partijiet tal-FAF lir-Repubblika ta’ Ċipru, għandu jitfakkar li, kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punti 167 sa 169 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punti 166 sa 168 tat-tieni sentenza appellata, il-funzjonijiet mogħtija lill-Kummissjoni u lill-BĊE fil-kuntest tat-Trattat MES ma jinkludu l-ebda setgħa deċiżjonali proprja, u għaldaqstant l-attivitajiet eżerċitati minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet fil-kuntest tal-istess trattat jorbtu biss lill-MES (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701, punt 53 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

132    Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li l-atti msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza kienu imputabbli mhux lill-Kummissjoni u lill-BĊE, iżda lill-MES, mingħajr ma ppreġudikat, kif jirriżulta mill-punti 201 sa 204 tal-ewwel sentenza appellata u mill-punti 200 sa 203 tat-tieni sentenza appellata, il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni u l-BĊE adottawx, fil-kuntest tal-proċess ta’ negozjati u ta’ konklużjoni tal-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013 jew fil-kuntest tas-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Ċiprijotti, aġir illegali, b’rabta mal-verifika tal-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.

133    Ir-raba’ nett, fir-rigward tal-invokazzjoni tal-Artikolu 14.4 tal-Istatuti tal-BĊE sabiex jintwera li, fil-kuntest tal-għoti tal-ELA, din l-istituzzjoni eżiġiet lill-awtoritajiet Ċiprijotti jadottaw il-miżuri msemmija fil-punt 124 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi rrilevat li dan l-argument sempliċement jirrepeti argument żviluppat quddiem il-Qorti Ġenerali, li din tal-aħħar ċaħdet wara eżami ddettaljat tiegħu fil-punti 134 sa 155 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punti 130 sa 151 tat-tieni sentenza appellata. Konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 127 ta’ din is-sentenza, tali argument għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibbli.

134    F’dak li jirrigwarda, il-ħames nett, id-Deċiżjoni 2013/236 u, b’mod iktar partikolari, l-integrazzjoni tal-Laïki fil-BoC imsemmija fl-Artikolu 2(6)(b) ta’ din id-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta ddeċidiet, fil-punt 178 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 177 tat-tieni sentenza appellata, li din id-dispożizzjoni ma kinitx tistabbilixxi modalitajiet partikolari għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, b’tali mod li l-awtoritajiet Ċiprijotti kellhom, tal-inqas, marġni ta’ diskrezzjoni sinjifikattiv sabiex jiddefinixxu dawn il-modalitajiet.

135    Fid-dawl ta’ dak li ntqal, it-tieni sar-raba’ aggravju għandhom jiġu miċħuda.

 Fuq il-ħames aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

136    Permezz tal-ħames aggravju tagħhom, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 218 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 217 tat-tieni sentenza appellata, li r-rikorsi tagħhom kienu inammissibbli sa fejn jirrigwardaw ir-rikapitalizzazzjoni interna tal-Laïki, minħabba li huma llimitaw ruħhom li jallegaw, f’dan ir-rigward, li l-azzjonijiet ta’ dan il-bank kienu, bħala konsegwenza tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Ċiprijotti, “tneħħew” mingħajr korrispettiv finanzjarju jew li l-valur ekonomiku tagħhom kien “tħassar kompletament”, mingħajr ma identifikat xi rabta bejn l-illegalità li tivvizzja d-Deċiżjoni 2013/236 u d-dannu invokat, u lanqas ma ppreċiżat l-involviment tal-Kunsill fit-twettiq ta’ dan id-dannu.

137    Qabelxejn, mill-anness tad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu 2013 u mill-premessa 5 tad-Deċiżjoni 2013/236 jirriżulta b’mod ċar li l-azzjonisti tal-Laïki kienu mġiegħla jassumu r-responsabbiltà għall-finanzjament tas-salvataġġ ta’ dan l-istabbiliment, li huwa piż li kien ekwivalenti għal rikapitalizzazzjoni interna.

138    L-appellanti jsostnu, sussegwentement, li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali kif tinsab fil-punt 218 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 217 tat-tieni sentenza appellata tikkontradixxi l-fatt li, fil-punt 506 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 505 tat-tieni sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali stess semmiet ir-“rikapitalizzazzjoni interna tal-banek imsemmija”.

139    Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tal-appellanti.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

140    Fir-rigward, qabelxejn, tal-argument imqajjem mill-appellanti fir-rigward tal-kontenut tal-anness tad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu 2013, dan għandu jiġi miċħud, għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 122 ta’ din is-sentenza, bħala ineffettiv.

141    Sussegwentement, fir-rigward tal-premessa 5 tad-Deċiżjoni 2013/236, għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti, li ma jinvokaw l-ebda difett ta’ żnaturament li jikkonċernaha, fir-realtà jridu jiksbu evalwazzjoni ġdida tal-imsemmija premessa, li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 127 u 128 ta’ din is-sentenza, ma taqax fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

142    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegata kontradizzjoni tal-motivi tas-sentenzi appellati allegata mill-appellanti, għandu jitfakkar li l-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali hijiex kontradittorja hija kwistjoni ta’ liġi li tista’, bħala tali, tiġi invokata fil-kuntest ta’ appell (sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2009, Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il‑Kummissjoni, C‑385/07 P, EU:C:2009:456, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata).

143    Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, ma teżisti l-ebda kontradizzjoni bejn il-punt 218 u l-punt 506 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll bejn il-punt 217 u l-punt 505 tat-tieni sentenza appellata, tali li twassal għall-annullament ta’ dawn is-sentenzi.

144    Fil-fatt, minn naħa, mill-punt 218 tal-ewwel sentenza appellata u mill-punt 217 tat-tieni sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li d-digrieti msemmija fil-punti 20 sa 24 ta’ din is-sentenza ma kinux jipprevedu li l-azzjonijiet tal-Laïki kienu s-suġġett ta’ miżura ta’ rikapitalizzazzjoni interna. Issa, l-appellanti ma jikkontestawx li dawn id-digrieti jipprevedu biss il-bejgħ tal-fergħat tal-Laïki stabbiliti fil-Greċja, it-trasferiment ta’ ċerti elementi ta’ assi u ta’ djun tal-Laïki lill-BoC kif ukoll l-għoti ta’ 18 % tal-kapital azzjonarju l-ġdid tal-BoC lil-Laïki u, għalhekk, ma jistabbilixxu l-ebda miżura ta’ rikapitalizzazzjoni interna fir-rigward tal-azzjonisti tal-Laïki. Min-naħa l-oħra, il-punt 506 tal-ewwel sentenza appellata u l-punt 505 tat-tieni sentenza appellata jindikaw, min-naħa tagħhom, li, skont rapport tax-xahar ta’ Mejju 2013 tal-FMI, in-neċessità li ssir distinzjoni bejn il-banek solventi u l-banek insolventi kienet tinsab fost ir-raġunijiet li għalihom ir-rikapitalizzazzjoni interna tal-Laïki u tal-BoC kienet ippreferuta meta mqabbla ma’ taxxa eċċezzjonali fuq id-depożiti, assigurati u mhux assigurati, fdati lill-banek Ċiprijotti kollha. Għaldaqstant, din il-konstatazzjoni ġenerali ma hijiex relatata speċifikament mal-imsemmija digrieti hekk kif il-Qorti Ġenerali analizzathom b’mod espliċitu fil-punt 218 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 217 tat-tieni sentenza appellata, b’tali mod li hija ma tistax tiġi kkritikata li vvizzjat ir-raġunament tagħha b’xi kontradizzjoni.

145    Fi kwalunkwe każ, l-argument tal-appellanti ma huwiex ta’ natura li jinvalida l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 218 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 217 tat-tieni sentenza appellata, fir-rigward tal-assenza ta’ preċiżjoni, fir-rikorsi tal-ewwel istanza, dwar il-mod kif il-Kunsill, permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2013/236, kien involut fit-twettiq tad-dannu mġarrab mill-azzjonisti tal-Laïki.

146    Konsegwentement, il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud.

 Fuq is-sitt aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

147    Permezz tas-sitt aggravju tagħhom, li huwa maqsum fi tliet partijiet, l-appellanti jallegaw, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt għall-proprjetà tagħhom imputabbli għall-atti u għall-aġir tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

148    Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, li tirrigwarda t-teħid mill-BoC tad-depożiti assigurati tal-Laïki u ż-żamma tad-depożiti mhux assigurati mal-Laïki, il-konverżjoni ta’ 37.5 % tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC f’azzjonijiet kif ukoll l-iffriżar temporanju ta’ parti oħra minn dawn id-depożiti mhux assigurati, l-appellanti jirrilevaw, qabelxejn, li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat, fis-sentenza tagħha tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701), biss il-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013.

149    Sussegwentement, l-appellanti jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 285 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 284 tat-tieni sentenza appellata, li r-restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà kienu previsti mil-liġi, filwaqt li, l-ewwel nett, waqt l-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni, l-Unjoni ma kellhiex is-setgħa li timponi xi rikapitalizzazzjoni interna jew ir-riżoluzzjoni tal-banek ikkonċernati. It-tieni nett, il-Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013 ġiet adottata biss taħt pressjoni estrema eżerċitata mill-konvenuti fuq l-awtoritajiet Ċiprijotti, kif jixhdu l-kontenut tagħha ddettat mill-Kummissjoni u d-data tal-adozzjoni tagħha, jiġifieri l-għada tal-jum li fih il-BĊE ddeċieda li jtemm l-ELA. Il-kriterju tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 52(1) tal-Karta għalhekk ma huwiex issodisfatt. It-tielet nett, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 276 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 275 tat-tieni sentenza appellata, il-Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013 ma tipprevedix garanziji reali għall-kredituri u għall-azzjonisti tal-banek ikkonċernati u lanqas ma tiżgura r-rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-provi meta kkunsidrat, fil-punt 282 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 281 tat-tieni sentenza appellata, li l-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel ma kinitx possibbli minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni.

150    Fl-aħħar nett, l-appellanti jqisu li l-miżuri inkwistjoni kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li setgħu jiġu adottati miżuri oħra inqas restrittivi. F’dan ir-rigward, huma jippreċiżaw, l-ewwel nett, li l-fatt li t-taxxa fuq id-depożiti bankarji ġiet miċħuda mill-Parlament Ċiprijott ma jiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ miżura iktar restrittiva. It-tieni nett, il-każ tar-Repubblika ta’ Ċipru huwa perfettament paragunabbli ma’ dak tal-IMME l-oħra li talbu assistenza finanzjarja. It-tielet nett, l-appellanti jfakkru li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, fis-sentenza tagħha tas‑16 ta’ Ġunju 2015, Gauweiler et (C‑62/14, EU:C:2015:400), li l-BĊE għandu firxa wiesgħa ta’ għażliet sabiex iwassal għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, sabiex jiżgura l-istabbiltà tal-euro u sabiex jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja. Ir-raba’ nett, l-assenza ta’ progressività fit-tnaqqis tal-valur tad-depożiti ta’ iktar minn EUR 100 000 hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

151    Permezz tat-tieni parti tas-sitt aggravju, dwar it-tnaqqis tal-valur nominali tal-azzjonijiet ordinarji tal-BoC ta’ EUR 1 għal ċenteżmu u l-bejgħ tal-fergħat Griegi, l-appellanti jirreferu għall-argument tagħhom żviluppat fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju. Barra minn hekk, huma jsostnu li l-bejgħ tal-fergħat Griegi ma seħħx fil-kuntest ta’ proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja.

152    Insostenn tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-aġir tal-BĊE fir-rigward tal-ELA ma kienx jikkostitwixxi ksur manifest tal-Artikolu 14.4 tal-Istatuti tal-BĊE, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tar-rekwiżiti ta’ ekwità u ta’ koerenza. L-ewwel nett, kuntrarjament għal dak li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 377 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 376 tat-tieni sentenza appellata, il-BĊE eżiġa l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt 124 ta’ din is-sentenza, hekk kif jirriżulta mill-argumenti tagħhom żviluppati fil-kuntest tat-tieni aggravju. It-tieni nett, l-aġir ta’ din l-istituzzjoni huwa vvizzjat b’illegalità sa fejn, minħabba l-marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni li hija għandha sabiex tiddeċiedi jekk bank huwiex solventi u b’hekk tagħtih l-ELA, hija taġixxi fil-kuntest ta’ proċess deċiżjonali li jmur kontra l-Artikolu 52(1) tal-Karta. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet, fil-punt 400 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 399 tat-tieni sentenza appellata, li l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013 kienet tissodisfa r-rekwiżit ta’ motivazzjoni sa fejn kienet tippermetti li jsiru magħrufa l-motivi tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tal-istess jum.

153    Il-konvenuti jikkontestaw l-argumenti tal-appellanti.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

154    Preliminarjament, għandu jitfakkar, kif għamlet ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 254 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 253 tat-tieni sentenza appellata, li d-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta ma huwiex prerogattiva assoluta (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701, punt 69).

155    Konformement mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kull limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet stabbiliti minnha għandha madankollu tkun prevista mil-liġi, tirrispetta l-kontenut essenzjali tagħhom u, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet għal dawn id-drittijiet u l-libertajiet biss jekk ikunu neċessarji u jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew għall-bżonn ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ ħaddieħor (sentenza tal‑31 ta’ Jannar 2019, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il‑Kunsill, C‑225/17 P, EU:C:2019:82, punt 101).

156    Fir-rigward tal-ewwel parti tas-sitt aggravju, għandu qabelxejn jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta qieset, fil-punt 261 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 260 tat-tieni sentenza appellata, li l-evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punti 73 u 74 tas-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il‑Kummissjoni u BĊE (C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701), fir-rigward tal-ewwel sensiela ta’ miżuri msemmija fil-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil tas‑26 ta’ April 2013 kienet rilevanti f’dan il-każ.

157    Fi kwalunkwe każ, fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li r-restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà tagħhom ma kinux previsti mil-liġi u, b’mod partikolari, tal-argument tal-appellanti li, waqt l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt 124 ta’ din is-sentenza, l-Unjoni ma setgħetx teżiġi xi rikapitalizzazzjoni interna jew ir-riżoluzzjoni tal-banek ikkonċernati, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li, kif irrilevat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 284 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 283 tat-tieni sentenza appellata, l-ineżistenza, fiż-żmien tal-fatti, ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ rikapitalizzazzjoni interna tal-banek bl-ebda mod ma tfisser li kien ipprojbit li l-Istati Membru jadottaw miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni interna, li madankollu l-adozzjoni tagħhom ma tistax tagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sistema ta’ riżoluzzjoni bankarja, peress li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx dwar jekk din is-sistema kellhiex, fiż-żmien tal-fatti, bażi legali fid-dritt tal-Unjoni, l-argument tal-appellanti f’dan ir-rigward għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.

158    Barra minn hekk, sa fejn l-appellanti jsostnu li l-konvenuti eżerċitaw pressjoni estrema fuq l-awtoritajiet Ċiprijotti sabiex jadottaw il-Liġi tat‑22 ta’ Marzu 2013, li l-kriterju tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1) tal-Karta ma huwiex issodisfatt u li l-imsemmija liġi la kienet toffri garanzija favur il-kredituri u l-azzjonisti tal-banek ikkonċernati u lanqas protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għandu jiġi kkonstatat li, permezz ta’ dawn l-argumenti, l-appellanti jitolbu fir-realtà lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tipproċedi b’evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi ppreżentati lill-Qorti Ġenerali, mingħajr ma juru li, fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni li wettqet il-Qorti Ġenerali fil-punti 274 sa 281 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punti 273 sa 280 tat-tieni sentenza appellata, hija żnaturat l-imsemmija fatti u provi. Issa, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 127 u 128 ta’ din is-sentenza, tali argumenti ma humiex ammissibbli fl-istadju tal-appell.

159    Fir-rigward tal-argument tal-appellanti li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, fil-punt 282 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 281 tat-tieni sentenza appellata, l-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel tad-depożitanti u tal-azzjonisti tal-banek ikkonċernati kienet possibbli, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ġustament ibbażat ir-raġunament tagħha, fl-imsemmija punti tas-sentenzi appellati, fuq is-sentenza tal-Qorti EDB tal‑21 ta’ Lulju 2016, Mamatas et vs Il‑Greċja (CE:ECHR:2016:0721JUD006306614), li minnha jirriżulta li r-rekwiżit li kull restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà għandu jkun previst mil-liġi ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-persuni kkonċernati kellhom jiġu kkonsultati qabel l-adozzjoni ta’ din il-liġi, b’mod partikolari meta tali konsultazzjoni minn qabel kienet inevitabbilment iddewwem l-applikazzjoni tal-miżuri intiżi għall-prevenzjoni tal-kollass tal-banek ikkonċernati.

160    Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jitfakkar li dan il-prinċipju jeżiġi li l-mezzi implimentati minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkunu adatti sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni kkonċernata u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu (sentenza tal‑31 ta’ Jannar 2019, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il‑Kunsill, C‑225/17 P, EU:C:2019:82, punt 102 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

161    F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali, qabelxejn, ħadet inkunsiderazzjoni, fil-punt 255 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 254 tat-tieni sentenza appellata, l-għan ta’ interess ġenerali mfittex mill-atti u mill-aġir tal-konvenuti li jikkonsisti f’li tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Ċiprijotta u taż-żona tal-euro kollha kemm hi.

162    Sussegwentement, hija eżaminat, fil-punti 302 sa 313 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punti 301 sa 312 tat-tieni sentenza appellata, l-argumenti tal-appellanti intiżi sabiex jikkontestaw l-assenza ta’ miżuri inqas restrittivi sabiex jintlaħaq l-għan imfittex b’dan il-mod. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni ċ-ċaħda, mill-Parlament Ċiprijott fid‑19 ta’ Marzu 2013, tal-ħolqien ta’ taxxa fuq id-depożiti bankarji kollha, l-inkonvenjenzi jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet alternattivi msemmija fil-punt 11 tar-rapport tal-FMI tax-xahar ta’ Mejju 2013, it-telf kunsiderevoli li kien iwassal għalih, kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għad-depożitanti, il-ħruġ tar-Repubblika ta’ Ċipru miż-żona tal-euro u d-dgħufijiet ta’ sistema progressiva ta’ tnaqqis, kif issuġġerit mill-appellanti, li kienet tieħu inkunsiderazzjoni l-portata tad-depożiti fdati lill-banek ikkonċernati.

163    Fl-aħħar nett, fil-punti 311 u 312 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 310 u 311 tat-tieni sentenza appellata, hija ċaħdet il-paragun bejn is-sitwazzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru u dik ta’ IMME oħra li rċevew assistenza finanzjarja għar-raġuni li s-settur finanzjarju tar-Repubblika ta’ Ċipru kien ikkaratterizzat minn dimensjoni eċċessiva fid-dawl tad-daqs tal-ekonomija tagħha.

164    Mill-konstatazzjonijiet iddettaljati tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li huwa mingħajr ma wettqet żball ta’ evalwazzjoni jew kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità li din iddeċidiet li l-alternattivi għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek ikkonċernati ma kinux ikunu inqas restrittivi mill-miżuri adottati u li, fin-nuqqas ta’ rikapitalizzazzjoni, il-banek ikkonċernati kienu jkunu esposti għar-riskju li jkollhom iwaqqfu t-tranżazzjonijiet tagħhom u mhedda b’falliment mhux ikkontrollat li seta’ jkun ta’ natura sistemika li jinfirex malajr fi Stati Membri oħra, jew saħansitra fis-sistema bankarja kollha taż-żona tal-euro.

165    Għaldaqstant, l-ewwel parti tas-sitt aggravju għandha tiġi miċħuda.

166    Fir-rigward tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, għandu, minn naħa, jiġi kkonstatat li l-appellanti sempliċement jirreferu, b’mod ġenerali, għall-argumenti tagħhom żviluppati fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan l-istess aggravju. Minn dan isegwi li, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 156 sa 165 ta’ din is-sentenza, l-argumenti tagħhom ma jistgħux jintlaqgħu.

167    Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-bejgħ tal-fergħat Griegi ma kienx is-suġġett ta’ proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, l-appellanti sempliċement jirreferu għall-provi li huma pproduċew quddiem il-Qorti Ġenerali mingħajr ma jindikaw liema huma dawk minn dawn il-provi li ġew żnaturati. Issa, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 128 ta’ din is-sentenza, tali lment ma jaqax fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-istadju tal-appell.

168    Minn dan isegwi li t-tieni parti tas-sitt aggravju ma tistax tintlaqa’.

169    F’dak li jirrigwarda t-tielet parti ta’ dan l-aggravju, u fir-rigward, b’mod partikolari, tal-argumenti tal-appellanti intiżi, minn naħa, sabiex jikkontestaw il-fatt li l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt 124 ta’ din is-sentenza la ġiet mitluba mill-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013, u lanqas mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tal-istess jum, u, min-naħa l-oħra, sabiex jikkontestaw il-legalità tal-aġir tal-BĊE fil-kuntest tal-provvista tal-ELA, għandu jiġi rrilevat li l-appellanti jirreferu għall-argumenti tagħhom żviluppati fil-kuntest tat-tieni aggravju, li, kif ġie rrilevat fil-punt 133 tal-imsemmija sentenza, sempliċement jirriproduċu l-argumenti tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali dwar ir-rwol tal-BĊE f’dan il-kuntest u li ġew miċħuda bħala inammissibbli, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 127 tal-istess sentenza.

170    Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tal-appellanti bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni li bih hija vvizzjata l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan l-argument huwa intiż sabiex jikkontesta l-motivi li jinsabu fil-punt 400 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 399 tat-tieni sentenza appellata, minn fejn jirriżulta li, “[k]onsegwentement, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-formulazzjoni tal-istqarrija għall-istampa [tal-BĊE] tal‑21 ta’ Marzu 2013, fil-qosor kemm hi fil-qosor, ippermettiet li r-rikorrenti jifhmu, fir-rigward b’mod partikolari tal-kuntest, ir-regoli ġuridiċi applikabbli u l-osservazzjonijiet tal-President tal BĊE li saru matul il-konferenza stampa tal‑4 ta’ April 2013, li l-insolvenza tal-banek imsemmija fl-assenza ta’ programm ta’ aġġustament xieraq kienet ta’ ostakolu għaż-żamma tal-livell eżistenti tal-ELA”. Dawn il-motivi huma għalhekk ta’ natura superfluwa meta mqabbla mal-punti 397 sa 399 tal-ewwel sentenza appellata u mal-punti 396 sa 398 tat-tieni sentenza appellata.

171    Issa, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-argumenti magħmula kontra motivi superfluwi ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għalhekk huma ineffettivi (sentenza tat‑12 ta’ Frar 2015, Il‑Kummissjoni vs IPK International, C‑336/13 P, EU:C:2015:83, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).

172    Għaldaqstant, it-tielet parti tas-sitt aggravju għandha tiġi miċħuda u dan l-aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

 Fuq is-seba’ aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

173    Permezz tas-seba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-atti u l-aġir tal-konvenuti ma kinux kisru l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

174    Fl-ewwel lok, huma jsostnu li l-ittra tal‑11 ta’ Frar 2013 indirizzata mid-Direttur tal-Uffiċċju tal-Gvernatur tal-BĊĊ lid-Diretturi Eżekuttivi tal-Laïki u tal-BoC kienet tipprovdi assigurazzjonijiet ċari, preċiżi u inkundizzjonati li d-drittijiet tad-depożitanti ma kinux ser ikunu ristretti u li dawn l-assigurazzjonijiet jorbtu lill-Eurosistema.

175    Fit-tieni lok, l-impenn tal-Grupp tal-Euro tal‑21 ta’ Jannar 2013 li jagħti l-FAF lir-Repubblika ta’ Ċipru abbażi ta’ ftehim politiku miftiehem fix-xahar ta’ Novembru 2012 ħoloq fi ħdan id-depożitanti tal-banek ikkonċernati l-aspettattiva li l-ebda rikapitalizzazzjoni interna ma kienet ser tkun meħtieġa.

176    Fit-tielet u fl-aħħar lok, l-appellanti jsostnu li l-għoti ta’ assistenza finanzjarja lil IMME oħra, jiġifieri lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika Portugiża, ma kienx suġġett għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni interna u jinvokaw il-fatt li l-BĊE awtorizza l-ELA għal perijodu mtawwal. F’dan ir-rigward, huma jirrilevaw li r-riferiment magħmul mill-Qorti Ġenerali għas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et (C‑526/14, EU:C:2016:570), huwa irrilevanti sa fejn din is-sentenza tirrigwarda l-aġir tal-Kummissjoni adottat bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar l-għajnuna mill-Istat, li jipprevedu qafas legali stabbilit sew u li jagħtu kompetenzi ċari lil din l-istituzzjoni.

177    Il-konvenuti jikkontestaw dawn l-argumenti kollha.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

178    Għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt li wieħed jinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi huwa dritt ta’ kull parti fil-kawża li taħseb li meta istituzzjoni tal-Unjoni tagħtiha assigurazzjonijiet preċiżi tkun ħolqot, fir-rigward tagħha, tamiet fondati. Għall-kuntrarju, ħadd ma jista’ jinvoka ksur ta’ dan il-prinċipju fl-assenza tal-imsemmija assigurazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Settembru 2017, Pappalardo et vs Il‑Kummissjoni, C‑350/16 P, EU:C:2017:672, punt 39, kif ukoll tal‑31 ta’ Jannar 2019, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il‑Kunsill, C‑225/17 P, EU:C:2019:82, punt 57).

179    Issa, f’dan il-każ, fir-rigward, minn naħa, tal-ilmenti bbażati fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, qieset li ma setgħet tinsilet ebda aspettattiva leġittima kemm mill-ittra tal‑11 ta’ Frar 2013 mibgħuta mid-Direttur tal-Uffiċċju tal-Gvernatur tal-BĊĊ lid-Diretturi Eżekuttivi tal-banek ikkonċernati kif ukoll mill-impenn tal-Grupp tal-Euro tal‑21 ta’ Jannar 2013 li jagħti l-FAF lir-Repubblika ta’ Ċipru, għandu jiġi kkonstatat li, permezz ta’ dawn l-ilmenti, l-appellanti jillimitaw ruħhom li jirriproduċu l-argumenti diġà ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali u jitolbu, essenzjalment, li tingħata deċiżjoni mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ċerti provi, mingħajr ma jinvokaw l-ebda żnaturament tagħhom mill-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, dawn l-ilmenti għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 127 u 128 ta’ din is-sentenza.

180    Min-naħa l-oħra, l-appellanti ma jistgħux jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli bbażat ruħha, fil-punt 432 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 431 tat-tieni sentenza appellata, fuq is-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et (C‑526/14, EU:C:2016:570), sabiex tiddeċiedi li s-sempliċi fatt li, matul il-fażijiet preċedenti tal-kriżi finanzjarja internazzjonali, l-għoti ta’ assistenza finanzjarja ma ġiex suġġett għall-adozzjoni ta’ miżuri paragunabbli għal dawk imsemmija fil-punt 124 ta’ din is-sentenza, ma jistax, bħala tali, jitqies bħala assigurazzjoni preċiża, inkundizzjonata u konsistenti li tista’ tagħti lok għall-aspettattivi leġittimi tal-azzjonisti, tad-detenturi tal-bonds u tad-depożitanti tal-banek ikkonċernati li dan ikun ukoll il-każ fil-kuntest tal-għoti ta’ assistenza finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

181    Fil-fatt, għalkemm il-kawża li tat lok għal dik is-sentenza kienet differenti, ċertament, fuq il-livell fattwali ta’ dawn il-kawżi, xorta jibqa’ l-fatt li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 65 tal-imsemmija sentenza, li l-fatt li l-kredituri subordinati tal-banek ikkonċernati – jiġifieri l-kredituri li jitħallsu wara d-detenturi ta’ bonds iżda qabel l-azzjonisti f’każ ta’ insolvenza jew ta’ stralċ tal-entità emittenti – ma kinux ġew mistiedna jikkontribwixxu għas-salvataġġ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-ewwel fażijiet tal-kriżi finanzjarja internazzjonali ma setax jagħti lok għall-aspettattivi leġittimi tal-azzjonisti u tal-kredituri subordinati li ma jkunux suġġetti għal miżuri ta’ tqassim tal-oneri fil-futur, tibqa’ valida u applikabbli, b’analoġija, għall-każijiet preżenti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din il-konstatazzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-punt 66 tal-istess sentenza li permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, għalkemm il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi huwa fost il-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi madankollu ma jistgħux jibbażaw l-aspettattivi leġittimi tagħhom fuq iż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti li tista’ tinbidel fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u dan speċjalment f’qasam ikkaratterizzat minn adattament kostanti skont il-varjazzjonijiet tas-sitwazzjoni ekonomika.

182    Għalhekk, il-fatt li, kif jallegaw l-appellanti, il-kawża li tat lok għas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et (C‑526/14, EU:C:2016:570), kienet tikkonċerna biss l-aġir tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-settur bankarju, evidentement, ma għandux effett fuq ir-rilevanza tar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet ta’ dawn il-kawżi, speċjalment peress li dawn jaqgħu, huma wkoll, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u jaqgħu taħt il-politika ekonomika u monetarja li teħtieġ adattament kostanti skont il-varjazzjonijiet tas-sitwazzjoni ekonomika.

183    Konsegwentement, is-seba’ aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

 Fuq it-tmien aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

184    Permezz tat-tmien aggravju tagħhom, l-appellanti jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma kienx inkiser minħabba l-adozzjoni tal-atti u tal-aġir tal-konvenuti.

185    Fl-ewwel lok, huma jsostnu li l-azzjonisti u d-depożitanti mhux assigurati tal-Laïki u tal-BoC ġew iddiskriminati meta mqabbla mal-kreditur tal-Laïki li l‑ilmenti tiegħu joriġinaw mill-ELA, jiġifieri l-BĊĊ. B’mod partikolari, il-kreditu li joriġina mill-ELA huwa r-riżultat tal-aġir illegali tal-konvenuti, peress li l-BĊE awtorizza l-għoti ġeneruż tal-ELA għal diversi snin u talab ir-rimbors tagħha malajr abbażi tad-deċiżjoni illegali tiegħu tal‑21 ta’ Marzu 2013. Barra minn hekk, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li bbażat ir-raġunament tagħha, fil-punt 449 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 448 tat-tieni sentenza appellata, fuq is-sentenzi tas‑7 ta’ Ottubru 2015, Accorinti et vs BĊE (T‑79/13, EU:T:2015:756, punt 92), kif ukoll tal‑24 ta’ Jannar 2017, Nausicaa Anadyomène u Banque d’escompte vs BĊE (T‑749/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:21, punti 108 u 109), filwaqt li dawn kienu jirrigwardaw ix-xiri ta’ titoli ta’ dejn tal-Istat u mhux depożiti bankarji.

186    Fit-tieni lok, l-appellanti ġarrbu diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità meta mqabbla mad-depożitanti fil-fergħat Griegi. B’mod partikolari, l-ewwel nett, din id-diskriminazzjoni tmur kontra l-libertà ta’ stabbiliment. It-tieni nett, riskju vag li tnaqqis fil-valur tad-depożiti fil-fergħat Griegi seta’ jagħti lok għal ġbid ġenerali tad-depożiti fil-Greċja ma jistax jiġġustifika trattament diskriminatorju. It-tielet nett, is-sostenn mogħti mill-Grupp tal-Euro lill-PSI minkejja r-riskju ta’ kontaġju fuq il-Laïki u l-BoC juri li l-appellanti huma ddiskriminati meta mqabbla mad-depożitanti u mal-azzjonisti tal-banek Griegi.

187    L-appellanti jsostnu, fit-tielet lok, li huma ddiskriminati meta mqabbla mad-depożitanti li d-depożiti tagħhom ma kinux jeċċedu EUR 100 000. Qabelxejn, huma jsostnu li, skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ma huwiex xieraq li jintuża l-limitu ta’ EUR 100 000 bħala fattur ta’ differenzjazzjoni meta mqabbel mal-impożizzjoni ta’ tnaqqis fil-valur tal-bonds (sentenza tal-Qorti EDB tal‑21 ta’ Lulju 2016, Mamatas et vs Il‑Greċja, CE:ECHR:2016:0721JUD006306614, punt 137), li japplika wkoll għad-depożiti. Sussegwentement, id-differenza magħmula mid-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252), bejn id-depożiti ta’ inqas minn EUR 100 000 u dawk ta’ iktar minn dan l-ammont hija irrilevanti peress li l-possibbiltà li jintalab ir-rimbors tal-krediti li ġejjin minn depożiti ta’ iktar minn EUR 100 000 kienet ġiet irrifjutata lill-appellanti. Fl-aħħar nett, il-konvenuti kisru din id-direttiva sa fejn il-miżuri ta’ kundizzjonalità li l-Grupp tal-Euro adotta fil-laqgħa tiegħu tas‑16 ta’ Marzu 2013 kienu jipprevedu li d-depożiti sa EUR 100 000 kienu ser iġarrbu tnaqqis ta’ 6.75 %.

188    Fir-raba’ lok, l-appellanti jallegaw li huma ġarrbu diskriminazzjoni meta mqabbla mad-depożitanti u mal-azzjonisti tal-banek tal-IMME l-oħra li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja. F’dan ir-rigward, huma jenfasizzaw b’mod partikolari li l-ammont ta’ din l-assistenza kien, kull darba, ogħla minn dak tal-FAF mogħtija lir-Repubblika ta’ Ċipru u ngħata f’kundizzjonijiet inqas restrittivi.

189    Fil-ħames u fl-aħħar lok, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-appellanti kienu jinsabu f’sitwazzjoni differenti minn dik tal-membri tas-settur bankarju kooperattiv Ċiprijott minħabba s-sitwazzjoni ta’ insolvenza li kienu jinsabu fiha l-Laïki u l-BoC filwaqt li, minn naħa, din l-insolvenza kienet ġiet mgħaġġla bl-aġir tal-konvenuti. Min-naħa l-oħra, peress li din l-insolvenza ma ġietx ikkonstatata minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja, il-kunċett vag ta’ “insolvenza” ma jistax jikkostitwixxi ġustifikazzjoni oġġettiva għad-differenza fit-trattament li l-appellanti kienu vittmi tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq ir-rapport tal-FMI tax-xahar ta’ Mejju 2013, peress li dan ġie wara l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt 124 ta’ din is-sentenza.

190    Il-konvenuti jikkontestaw dawn l-argumenti differenti.

 L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

191    Il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2019, P. M. et, C‑264/18, EU:C:2019:472, punt 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

192    Il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba trattament differenti jippreżumi li s-sitwazzjonijiet ikkunsidrati huma paragunabbli fir-rigward tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑16 ta’ Diċembru 2008, Arcelor Atlantique u Lorraine et, C‑127/07, EU:C:2008:728, punt 25).

193    Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bejn, minn naħa, l-appellanti u, min-naħa l-oħra, il-kreditur tal-Laïki li l-ilmenti tiegħu joriġinaw mill-ELA, jiġifieri l-BĊĊ, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 448 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 447 tat-tieni sentenza appellata, li, hekk kif l-appellanti stess kienu rrikonoxxew, il-provvista tal-ELA taqa’ taħt il-kompetenza tal-banek ċentrali nazzjonali, li kien jimplika li, f’dan il-każ, kien biss il-BĊĊ li seta’ jagħti l-ELA lil-Laïki u għalhekk kellu kreditu fir-rigward ta’ dan tal-aħħar.

194    Fil-punt 449 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 448 tat-tieni sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, b’differenza mid-depożitanti mhux assigurati tal-banek ikkonċernati u tal-azzjonisti tal-BoC li jaġixxu fl-interessi privati tagħhom biss, bank ċentrali tal-Eurosistema jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu billi jkun esklużivament iggwidat minn għanijiet ta’ interess pubbliku, kif jirriżulta mis-sentenzi tas‑7 ta’ Ottubru 2015, Accorinti et vs BĊE (T‑79/13, EU:T:2015:756, punt 92), kif ukoll tal‑24 ta’ Jannar 2017, Nausicaa Anadyomène u Banque d’escompte vs BĊE (T‑749/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:21, punti 108 u 109).

195    Wara li kkonstatat, fil-punt 450 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 449 tat-tieni sentenza appellata, li l-BĊĊ akkwista l-kreditu li joriġina mill-ELA sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta’ interess ġenerali li jikkonsisti f’li tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Ċiprijotta u taż-żona tal-euro kollha kemm hi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 452 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 451 tat-tieni sentenza appellata, li d-depożitanti mhux assigurati tal-banek ikkonċernati kif ukoll l-azzjonisti tal-BoC, minn naħa, u l-BĊĊ, min-naħa l-oħra, ma kinux jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli, b’tali mod li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

196    Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma huma vvizzjati minn ebda żball ta’ liġi fir-rigward tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 191 u 192 ta’ din is-sentenza.

197    Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li bbażat ir-raġunament tagħha fuq is-sentenzi ċċitati fil-punt 194 ta’ din is-sentenza minħabba li dawn kienu jirrigwardaw ix-xiri ta’ titoli ta’ dejn fir-rigward tal-Istat Grieg u mhux depożiti bankarji. F’dan ir-rigward, kif irrileva ġustament il-BĊE, għandu jiġi enfasizzat li, indipendentement min-natura tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku inkwistjoni, bank ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li għandu għan ta’ interess pubbliku jinsab f’sitwazzjoni differenti minn dik kemm ta’ investituri privati detenturi ta’ krediti fil-konfront tal-Istat kif ukoll tad-depożitanti bankarji bħall-appellanti.

198    Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bejn l-appellanti, minn naħa, u d-depożitanti fil-fergħat Griegi, min-naħa l-oħra, l-appellanti jsostnu li tali diskriminazzjoni tmur kontra l-libertà ta’ stabbiliment. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li huma jqajmu dan l-ilment għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b’tali mod li dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Diċembru 2017, Telefónica vs Il‑Kummissjoni, C‑487/16 P, mhux ippubblikata, EU:C:2017:961, punt 84, kif ukoll tas‑26 ta’ Settembru 2018, Philips u Philips France vs Il‑Kummissjoni, C‑98/17 P, mhux ippubblikata, EU:C:2018:774, punt 42).

199    Fir-rigward tal-kumplament, għandu jiġi rrilevat li l-argumenti tal-appellanti jikkonċernaw, mingħajr ma jinvokaw kwalunkwe żnaturament, il-konstatazzjonijiet fattwali u l-evalwazzjoni tal-provi, esposti mill-Qorti Ġenerali fil-punti 467, 476 u 477 tal-ewwel sentenza appellata kif ukoll fil-punti 466, 475 u 476 tat-tieni sentenza appellata, dwar l-eżistenza ta’ riskju ta’ ġbid ġenerali tad-depożiti fil-Greċja, li wassal għal tnaqqis fil-valur tad-depożiti fil-fergħat Griegi, li jiġġustifika l-allegata diskriminazzjoni, u dwar il-kuntest fattwali li fih il-Grupp tal-Euro kien inkoraġġixxa l-PSI, b’tali mod li, għar-raġunijiet mogħtija fil-punti 127 u 128 ta’ din is-sentenza, dawn għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.

200    Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-ilment ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bejn l-appellanti, minn naħa, u d-depożitanti tal-banek ikkonċernati li d-depożiti tagħhom ma kinux jeċċedu EUR 100 000, min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sentenza tagħha tal‑21 ta’ Lulju 2016, Mamatas et vs Il‑Greċja (CE:ECHR:2016:0721JUD006306614, punt 137), li ma jkunx xieraq li jintuża l-limitu ta’ EUR 100 000 bħala fattur ta’ differenzjazzjoni f’dak li jikkonċerna l-impożizzjoni ta’ tnaqqis fil-valur tal-bonds, kienet tirrigwarda n-natura speċifika ta’ detentur tal-bonds tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi inkwistjoni, u mhux dik ta’ depożitant bankarju, li taqa’ taħt id-Direttiva 94/19.

201    F’dan l-aħħar rigward, u f’dak li jikkonċerna, it-tieni nett, l-argument żviluppat mill-appellanti sabiex jikkontestaw ir-rilevanza ta’ din id-direttiva fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument ma jissodisfax ir-rekwiżiti, imfakkra fil-punt 127 ta’ din is-sentenza, li jipprovdu li għandhom jissemmew b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li tagħha qiegħed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu din it-talba b’mod speċifiku, b’tali mod li dan għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.

202    Fir-rigward, fir-raba’ lok, tal-ilment ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bejn, minn naħa, l-appellanti u, min-naħa l-oħra, id-depożitanti u l-azzjonisti tal-banek tal-IMME li ma humiex ir-Repubblika ta’ Ċipru li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja qabel dan l-Istat Membru, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 490 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 489 tat-tieni sentenza appellata, li l-miżuri marbuta ma’ assistenza finanzjarja pprovduta mill-MES sabiex isolvu d-diffikultajiet finanzjarji li jiltaqa’ magħhom Stat Membru li jkollu bżonnijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tas-sistema bankarja tiegħu jistgħu jvarjaw fundamentalment minn każ għal ieħor minħabba diversi fatturi minbarra d-daqs tal-għajnuna fil-kuntest tad-daqs tal-ekonomija ta’ dan l-Istat. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fl-imsemmija punti tas-sentenzi appellati, li dawn il-fatturi jistgħu b’mod partikolari jinkludu s-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat benefiċjarju, il-possibbiltajiet li l-banek ikkonċernati jerġgħu jsiru ekonomikament vijabbli, ir-raġunijiet li wasslu għad-diffikultajiet li dawn iltaqgħu magħhom, inklużi, jekk ikun il-każ, id-daqs eċċessiv tas-settur bankarju tal-Istat benefiċjarju meta mqabbel mal-ekonomija nazzjonali tiegħu, l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali jew ta’ probabbiltà kbira ta’ interventi futuri tal-MES (jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi jew istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jew tal-Istati) insostenn ta’ Stati oħra f’diffikultà li jistgħu jeħtieġu limitu preventiv tal-ammonti ddedikati għal kull intervent.

203    L-argumenti tal-appellanti ma humiex tali li juru li din l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata. L-ewwel nett, il-fatt, enfasizzat minnhom, li “l-funzjoni ekonomika ta’ depożitu [jew ta’ azzjoni] fi Stat taż-żona tal-euro tista’ titqabbel ma’ dik li hija tissodisfa f’kull pajjiż ieħor taż-żona tal-euro” bl-ebda mod ma jimplika li d-depożitanti u l-azzjonisti tar-Repubblika ta’ Ċipru jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tad-depożitanti u tal-azzjonisti tal-IMME l-oħra li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja pprovduta mill-MES qabel ir-Repubblika ta’ Ċipru, peress li l-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-analiżi komparattiva huma marbuta mal-Istati Membri stess.

204    It-tieni nett, huwa irrilevanti li, kif isostnu l-appellanti, huma “fl-ebda każ ma setgħu jinżammu responsabbli għar-raġunijiet, ikunu xi jkunu, li setgħu kkawżaw il-ħtieġa ta’ assistenza finanzjarja ta[r-Repubblika ta’] Ċipru”. Mhux biss dan il-fatt ma jaffettwax ir-raġunament żviluppat mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni possibbli bejn l-appellanti, minn naħa, u d-depożitanti u l-azzjonisti tal-banek tal-IMME minbarra r-Repubblika ta’ Ċipru li preċedentement ibbenefikaw minn assistenza finanzjarja mogħtija mill-MES, min-naħa l-oħra, iżda, fuq kollox, huwa ma jipprekludix li l-kontenut tal-miżuri marbuta mal-imsemmija assistenza jkun iddettat minn kunsiderazzjonijiet relatati esklużivament mad-diffikultajiet finanzjarji li jiltaqa’ magħhom l-IMME li jitlob din l-assistenza.

205    It-tielet nett, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tal-appellanti li r-Repubblika ta’ Ċipru rċeviet l-inqas ammont ta’ għajnuna taħt l-iktar kundizzjonijiet drastiċi huwa biss riproduzzjoni ta’ argument diġà żviluppat quddiem il-Qorti Ġenerali u għalhekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 127 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.

206    Fir-rigward, fil-ħames u fl-aħħar lok, tal-ilment ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bejn l-appellanti, minn naħa, u l-membri tas-settur bankarju kooperattiv Ċiprijott, min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-kritiki fformulati mill-appellanti, dwar l-allegata insolvenza tal-banek ikkonċernati mgħaġġla mill-aġir tal-konvenuti u l-assenza ta’ rikors għal deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja sabiex tiġi kkonstatata l-imsemmija insolvenza, huma wisq impreċiżi u insuffiċjentement sostnuti sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun f’pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq is-sentenzi appellati. Barra minn hekk, din il-kritika tirrigwarda, fil-parti l-kbira, evalwazzjonijiet fattwali. Issa, għandu jitfakkar, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 128 ta’ din is-sentenza, li tali evalwazzjonijiet ma jistgħux, ħlief għal żnaturament tal-fatti inkwistjoni li madankollu ma huwiex invokat f’dan il-każ, jaqgħu taħt l-istħarriġ li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba teżerċita fl-appell.

207    Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża r-raġunament tagħha, fil-punt 503 tal-ewwel sentenza appellata u fil-punt 502 tat-tieni sentenza appellata, fuq ir-rapport tal-FMI tax-xahar ta’ Mejju 2013, għandu jiġi enfasizzat, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali rreferiet biss għal dan ir-rapport sabiex tikkorrobora l-konklużjoni tagħha li l-korp ċentrali Ċiprijott Co-operative Central Bank kif ukoll l-istabbilimenti ta’ kreditu tas-settur bankarju kooperattiv ma kinux jinsabu, b’differenza mill-banek ikkonċernati, f’sitwazzjoni ta’ insolvenza. Hija waslet għal din il-konklużjoni, fl-imsemmija punti tas-sentenzi appellati, billi bbażat ruħha fuq provi li l-appellanti ma jikkontestawx, jiġifieri, minn naħa, it-Taqsima 3.1 tal-iżvelar imwettaq mill-imsemmi korp fix-xahar ta’ Mejju 2013 skont it-tielet pilastru tal-“Qafas ta’ Basel” intiż li jiżgura livell minimu ta’ kapital ta’ ekwità sabiex tiġi żgurata s-solidità finanzjarja tal-banek u, min-naħa l-oħra, it-tweġibiet ipprovduti mill-BĊE waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, b’tali mod li dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.

208    Minn dan isegwi li t-tmien aggravju għandu jiġi miċħud.

209    Peress li l-aggravji kollha ġew miċħuda, l-appelli tal-appellanti għandhom jiġu miċħuda fl-intier tagħhom.

 Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali

210    Konformement mat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, taqta’ l-kawża b’mod definittiv hija stess meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.

211    Dan huwa l-każ hawnhekk.

212    Fil-fatt, l-ewwel nett, mill-motivi esposti fil-punti 78 sa 97 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Grupp tal-Euro ma jikkostitwixxix entità tal-Unjoni stabbilita mit-Trattati li l-atti jew l-aġir tagħha jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.

213    Għaldaqstant, l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà tal-Kunsill għandhom jintlaqgħu sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P ippreżentati kontra l-Grupp tal-Euro.

214    Fir-rigward, it-tieni nett, tal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, fil-punt 116 ta’ din is-sentenza ġie rrilevat li, għalkemm din id-dispożizzjoni kienet teżiġi li r-Repubblika ta’ Ċipru żżomm jew tkompli timplimenta l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati tal-BoC, hija madankollu ma ċaħħditx lill-awtoritajiet Ċiprijotti minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jiddefinixxu l-modalitajiet partikolari ta’ din il-konverżjoni. Konsegwentement, id-dannu allegatament imġarrab mill-appellanti minħabba l-imsemmija konverżjoni ma jirriżultax, fi kwalunkwe każ, mill-imsemmija dispożizzjoni, iżda mill-miżuri ta’ applikazzjoni adottati mir-Repubblika ta’ Ċipru sabiex timplimenta din l-istess konverżjoni.

215    Konsegwentement, hemm lok li jintlaqgħu l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill b’rabta mal-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236.

216    Minn dan isegwi li r-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P, sa fejn jirrigwardaw lill-Grupp tal-Euro, u dawk tal-appellanti kontra l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni 2013/236, għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.

 Fuq l-ispejjeż

217    Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

218    Skont l-Artikolu 138(1) tal-imsemmija regoli tal-proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn l-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.

219    F’dan il-każ, fir-rigward tal-appelli ppreżentati fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P, peress li r-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawżi C‑597/18 P u C‑598/18 P tilfu, hemm lok, konformement mat-talbiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li huma jiġu kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

220    Fir-rigward tal-appelli ppreżentati fil-Kawżi C‑603/18 P u C‑604/18 P, peress li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE talbu l-kundanna tal-appellanti u dawn tal-aħħar tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż sostnuti minn dawn l-istituzzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

221    Konformement mal-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn l-istess regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fit-tilwima għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Finlandja, intervenjenti fil-kuntest ta’ dawn l-appelli, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċedura tal-appell.

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:

1)      Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat13 ta’ Lulju 2018, K. Chrysostomides & Co. et vs IlKunsill et (T680/13, EU:T:2018:486), u tat13 ta’ Lulju 2018, Bourdouvali et vs IlKunsill et (T786/14, mhux ippubblikata, EU:T:2018:487), huma annullati sa fejn jiċħdu l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rikorsi ppreżentati f’dawn il-kawżi kontra l-Grupp tal-Euro u l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli.

2)      Ir-rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza fil-Kawżi T680/13 u T786/14 huma inammissibbli sa fejn dawn huma indirizzati kontra l-Grupp tal-Euro u l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deciżjoni 2013/236.

3)      L-appelli prinċipali fil-Kawżi C603/18 P sa C604/18 P huma miċħuda.

4)      Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna u Kyriaki Andreou, Bundeena Holding plc, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Phidias Christodoulou, Georgia PhanouChristodoulou, Christakis Christofides, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. u Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, James Droushiotis, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, Kalia Georgiou LLC, Komposit Ltd, Platon M. Kyriakides, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Athena Mavronicola-Droushiotis, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International Inc., Sophia Nicolatos, Paris & Barcelona Ltd, Louiza Patsiou, Probus Mare Marine Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A.M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, The Prnses Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon, Unienergy Holdings Ltd u Julia Justine Jane Woods kif ukoll Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Coal Energy Trading Ltd, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Athanasia Chrysostomou, Sofoklis Chrysostomou, Clearlining Ltd, Alan Dimant, Dodoni Ependyseis Chartofylakou Dimosia Etaireia Ltd, Dtek Holding Ltd, Dtek Trading Ltd, Elma Holdings pcl, Elma Properties & Investments pcl, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, Jupiter Portfolio Investments pcl, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Liberty Life Insurance pcl, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Akis Micromatis, Erginos Micromatis, Harinos Micromatis, Alvinos Micromatis, Plotinos Micromatis, Nertera Investments Ltd, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Lambros Panayiotides, Ersi Papaefthymiou, Kostas Papaefthymiou, Restful Time Co., Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd, Sofoklis Chrisostomou & Yioí Ltd, Marinos C. Soteriou, Sparotin Ltd, u Miranda u Myria Tanou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura marbuta mal-appelli fil-Kawżi C597/18 P u C598/18 P.

5)      Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna u Kyriaki Andreou, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Christakis Christofides, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. u Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International Inc., Paris & Barcelona Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A. M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon u Julia Justine Jane Woods kif ukoll Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Clearlining Ltd, Dtek Holding Ltd, Dtek Trading Ltd, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd u Marinos C. Soteriou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura marbuta mal-appelli fil-Kawżi C603/18 P u C604/18 P.

6)      Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-kuntest ta’ dawn l-appelli.

Firem


*      Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.