Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2024 – Familienstiftung vs Finanzamt Köln-West

(Kawża C-142/24, Familienstiftung)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Familienstiftung

Konvenut: Finanzamt Köln-West

Domanda preliminari

L-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ŻEE”) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali ta’ Stat Membru dwar l-impożizzjoni tat-taxxa fuq is-suċċessjoni u tat-taxxa fuq id-donazzjoni li, fir-rigward tat-tassazzjoni ta’ trasferiment inter vivos ta’ assi abbażi ta’ ftehim ta’ fondazzjoni lil fondazzjoni barranija tapplika l-ogħla klassi fiskali (il-klassi fiskali III), f’sitwazzjoni fejn il-fondazzjoni tkun essenzjalment twaqqfet fl-interess ta’ familja jew ta’ familji partikolari (fondazzjoni ta’ familja) filwaqt li fil-każ korrispondenti fejn tkun involuta fondazzjoni ta’ familja nazzjonali l-klassi fiskali tiddependi mir-rabta ta’ parentela bejn l-iktar benefiċjarju mbiegħed, skont l-istatut tal-fondazzjoni, mill-persuna li tagħmel id-donazzjoni (li toħloq il-fondazzjoni), b’tali mod li, fil-każ ta’ fondazzjoni ta’ familja nazzjonali, japplikaw klassijiet fiskali iktar favorevoli (il-klassijiet fiskali I jew II)?

____________