Language of document : ECLI:EU:T:2017:851





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (SUPERIOR DRUMMER)

(Kawża T-895/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SUPERIOR DRUMMER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 15)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 21, 24)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 22, 23)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali SUPERIOR DRUMMER

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 27, 31-33, 44, 50)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv ta’ sinjal – Fatt li jimplika neċessarjament l-assenza ta’ karattru distintiv tas-sinjal

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c))

(ara l-punt 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2438/2015-5), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUPERIOR DRUMMER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toontrack Music AB hija kkundannata għall-ispejjeż.