Language of document : ECLI:EU:T:2018:1003





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs IlKummissjoni

(Kawża T891/16)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Għajnuna mill-Istat – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Istrett ta’ Fehmarn – Għajnuna individwali – Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni – Inammissibbiltà”

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE qabel il-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà

(Artikolu 265 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(2))

(ara l-punti 4650, 55)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu pożizzjoni fuq miżuri ta’ għajnuna relatati mal-finanzjament tal-ippjanar, tal-kostruzzjoni u tal-operat tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Istrett ta’ Fehmarn.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir‑Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.