Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2011 - Bouillez et vs Il-Kunsill

(Kawża F-11/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vincent Bouillez et (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad ogħla fil-proċedura ta' promozzjoni 2010.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill, tat-3 ta' Novembru 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad ogħla fil-proċedura ta' promozzjoni 2010;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

____________