Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 - Diputación Foral de Guipúzcoa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-530/08)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, abogado u M. Morales Isasi, abogada)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara n-nullità tal-ittra tad-Direttorat Ġeneral tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea D/53778 [COMP/H4/NM/ed D(2008)247], tat-2 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha huwa mitlub li l-irkupru tal-imgħaxijiet, li għalihom jirreferu d-Deċiżjonijiet 2002/894/KE u 2002/540/KE, tal-11 ta' Lulju 2001 (proċess ta' ksur 2007/2215) għandu jitwettaq billi jiġi applikat l-imgħax kompost), u
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-529/08 Diputación Foral de Álava vs Il-Kummissjoni.
____________