Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Lulju 2022 – Laudamotion GmbH vs flightright GmbH

(Kawża C-474/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Laudamotion GmbH

Konvenut: flightright GmbH

Domandi preliminari

Id-dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien tat-titjira għal iktar minn tliet sigħat wara l-ħin previst tal-wasla, skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , jippreżumi li l-passiġġier ikun ippreżenta lilu nnifsu għal check-in fil-ħin indikat mit-trasportatur tal-ajru, mill-operatur tat-tour jew minn aġent tal-vjaġġ awtorizzat, konformement mal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament u mhux iktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat, jew il-każ ta’ dewmien twil fis-sens iċċitat iktar ’il fuq – li jikkorrispondi għall-kanċellazzjoni tat-titjira – ma jirrikjedix dan?

Fil-każ fejn id-dritt għal kumpens ma jkunx eżentat, abbażi unikament li jkun seħħ dewmien twil fis-sens iċċitat iktar ’il fuq, mill-obbligu għall-passiġġieri li jippreżentaw lilhom infushom għal check-in, din l-eżenzjoni tapplika fil-każ fejn il-passiġġier kellu indizji suffiċjentement ċerti li jindikaw li t-titjira kienet ser tasal unikament b’dewmien twil fis-sens iċċitat iktar ’il fuq?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.