Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2009 - Apache Footwear u Apache II Footwear vs Il-Kunsill

(Kawża T-1/07)1

("Dumping − Importazzjonijiet ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam − Status ta' impriża li topera f'ekonomija ta' suq − Interess tal- Komunità")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apache Footwear Ltd (Pingsha, Iċ-Ċina); u Apache II Footwear Ltd (Qingxin) (Taiping Zhen, Iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment O. Prost u S. Ballschmiede, sussegwentement O. Prost u E. Berthelot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); Confédération européenne de l'industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati); u BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas (Monte Urano, L-Italja) kif ukoll sittax-il intervenjent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: P. Tabellini, G. Celona u C. Cavaliere, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta' Ottubru 2006, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' żraben bil-wiċċ tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam (ĠU L 275, p.1), sa fejn huwa jirrigwarda r-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Apache Footwear Ltd u Apache II Footwear Ltd (Qingxin) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea, il-Confédération européenne de l'industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas u s-sittax-il intervenjent l-ieħor li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 56, 10.3.2007.