Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/08) 1

(“Fondi Ewropej għar-refuġjati – Azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-rifuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika – Proġett ‘Refuġjati trawmatizzati fl-Unjoni: istituzzjonijiet, mekkaniżmi ta’ protezzjoni u prattika tajba’ – Ħlas tal-bilanċ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amminitrazzjoni tajba – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Claus, sussegwentement C. Otto, S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid, aġenti)SuġġettAnnullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Marzu 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt ta’ sussidju JAI/2004/ERF/073, dwar finanzjament Komunitarju ta’ azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-refuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV hija kkundannata għall-ispejjeż.