Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni vs ID FOS Research

(Kawża T-170/08) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti ta’ għajnuna finanzjarja li jikkonċernaw proġetti fil-qasam tat-teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali – Rimbors ta’ parti minn somom imħallsa – Interessi moratorji”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: ID Fiber Optic Sensing Research (ID FOS Research) (Mol, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Walravens u J. De Wachter, sussegwentement minn P. Walravens u C. Lebon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex tiġi rrimborsata parti mis-somom imħallsa mill-Kummissjoni, flimkien ma’ interessi moratorji, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt BRPR-CT-95-0099, konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u żvilupp, inkluża demostrazzjoni, fil-qasam tat-teknoloġija industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali (Brite-Euram III)DispożittivID Fiber Optic Sensing Research (ID FOS Research) hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 21 599.26, flimkien ma’ interessi moratorji:bir-rata ta’ 4.75 % fis-sena li jibdew jiddekorru mill-1 ta’ Lulju 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2002;bir-rata ta’ 6.75 % fis-sena li jibdew jiddekorru mill-1 ta’ Jannar 2003 u sad-data ta’ din is-sentenza;–    bir-rata annwali applikata skont il-Liġi tal-Ingilterra u Wales, li hija bħalissa s-Sezzjoni 17 tal-Judgment Courts Act, 1838, kif emendat, bil-limitu ta’ rata ta’ 6.75 % fis-sena, li jibdew jiddekorru minn din is-sentenza u sas-saldu sħiħ tad-dejn.ID FOS Research hija kkundannata għall-ispejjeż.