Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Marzu 2011 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/10 P) 1

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Obbligu ta' motivazzjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Appell manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Novembru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-09/11, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra ), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 80, 27.3.2010.