Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2012 - Oracle America vs UASI - Aava Mobile (AAVA MOBILE)

(Kawża T-554/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oracle America, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aava Mobile Oy (Oulu, il-Finlandja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 1205/2011-2 tad-9 ta' Ottubru 2012;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż .

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "AAVA MOBILE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 - Appplikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 715 385

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Oracle America, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 551 626 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 38, 41, 42 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________