Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2011 - ZZ et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-84/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni ta' ċaħda tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-talba tar-rikorrenti sabiex jibbenefikaw mill-allowance għal xogħol bix-xift prevista fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76, tad-9 ta' Frar 1976, li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 78) u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-17 ta' Mejju 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti, tas-17 ta' Jannar 2011, intiża min-naħa waħda, għall-għoti ta' allowance għal xogħol bix-xift prevista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976, emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1873/2006, tal-11 ta' Diċembru 2006, u min-naħa l-oħra, għall-għoti ta' kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta' risposta tal-Awtorità tal-Ħatra għall-ewwel talba u għat-talba l-ġdida tagħhom fit-terminu statutorju, u minn nuqqas tal-indikazzjoni tar-rimedji fir-risposta ta' ċaħda espliċita tagħhom li jirriżulta fit-telf ta' opportunità sabiex tintrebaħ il-kawża fil-qorti,

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas lil kull rikorrent ammont ta' EUR 10,700.76 bħala kumpens għad-danni materjali tagħhom u ammont ta' EUR 3,000 kull wieħed minnhom għad-danni morali;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.

____________