Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012 - Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/09) 

["Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta' persuni u entitajiet ikkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Assenza"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdulbasit Abdulrahim (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Jones, barrister, u M. Arani, solicitor, sussegwentament E. Grieves, barrister, u H. Miller, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u R. Szostak, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u G. Valero Jordana, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta' Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta' l-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1 p. 294), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta' Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (ĠU L 345, p. 60), jew ta' dan ir-regolament, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b'dawn l-atti.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.

It-talba għad-danni hija miċħuda.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Abdulbasit Abdulrahim sat-18 ta' Jannar 2011 b'rabta mat-talba għal annullament, u hija obbligata tħallas lill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali s-somom imħallsa f'dan ir-rigward bħala għajnuna legali.

Abdulbasit Abdulrahim għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea wara t-18 ta' Jannar 2011, b'rabta mat-talba għal annullament, kif ukoll l-ispejjeż kollha sostnuti minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet b'rabta mat-talba għad-danni.

____________

1 - ĠU C 167 18.7.2009.