Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2009 - Gruener Janura vs UASI - Centum Aqua Marketing (HUNDERTWASSER)

(Kawża T-125/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruener Janura AG (rappreżentant: P. Endres, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centum Aqua Marketing GmbH (Magdeburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark "Hundertwasser", Nru 4491891 għall-prodotti u servizzi li ġejjin:

Klassi 20: prodotti, mhux inkluzi fi klassijiet oħra, tal-injam, sufra, qasab, qasab tal-bambù, wiker, materjal tal-qarn, għadam, avorju, għadam tal-baliena, arzell, madreperla, ragħwa tal-baħar u sostituti għal dawn il-materjali kollha jew prodotti tal-plastik

Klassi 30: zokkor, ross, tapjoka, sago, kafè artifiċjali; dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali, ħobż, għagina u ħlewwiet, għasel, għasel iswed; ħmira, trab tal-ħami; melħ, mustarda; ħall, zlazi (kondimenti); ħwawar; silġ, konfettura u candyfloss.

Klassi 31: prodotti agrikoli, ta' ortikultura u ta' forestrija u qamħ, mhux inklużi fi klassijiet oħra; annimali ħajjin; żrieragħ, pjanti u fjuri naturali; għalf għall-annimali, malt; prodotti ta' kultivazzjoni bijoloġika, fjuri, arranġamenti, arranġamenti ta' pjanti

Klassi 35: reklamar, kunċetti ta' marketing.

Klassi 39: trasport; ippakkjar u ħżin ta' oġġetti; organizzazzjoni tat-trasport, gwidi għal espożizzjonijiet, gwidi tal-belt u tal-bini, offerti turistiċi, vaganzi organizzati.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Centum Aqua Marketing GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "HUNDERTWASSER" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 20, 25, 30, 31, 32, 35, 39 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 491 891)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "FRIEDENSREICH HUNDERTWASSER" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 16, 19, 24, 25, 27, 32 u 33 (trade mark Komunitarja Nru 1 825 629) u t-trade mark verbali "HUNDERTWASSER" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 16, 18, 19, 21, 24, 41 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1 931 393)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u appell milqugħ parzjalment kif ukoll applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, billi teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.

____________