Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2009 - Valigeria Roncato vs UASI - Roncato (CARLO RONCATO)

(Kawża T-124/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Valigeria Roncato SpA (Campodarsego, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani, avukat, P. Pozzi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Roncato Srl (Campodarsego, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, fil-Każijiet R 237/2008-1 u R 263/2008-1, mogħtija fit-23 ta' Jannar 2009 u nnotifikata fit-30 ta' Jannar 2009;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta' din il-proċedura, kif ukoll ta' dawk li saru quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: RONCATO Srl.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "CARLO RONCATO" (applikazzjoni Nru 4.631.719), għal prodotti fil-klassijiet 3, 9 u 14.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Taljana "RV RONCATO" (nru 662.773), it-trade mark verbali Taljana "RONCATO" (nru 510.528) u t-trade marks figurattivi Taljani "RV RONCATO", mhux irreġistrati

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni miċħuda u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni milqugħa fit-totalità tagħha.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-Trade mark Komunitarja.

____________