Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Isotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/13) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività – Kuntratt REACH112 – Rimbors tas-somom antiċipati – Spejjeż eliġibbli”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Skliris, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u S. Lejeune, aġenti, assistiti inizjalment minn E. Petritsi, sussegwentement minn E. Roussou, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, prinċipalment, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-finanzjament bil-quddiem li jammonta għal EUR 47 197.93, imħallas lir-rikorrenti abbażi tal-Kuntratt Nru 238940, “REsponding to All Citizens needing Help (REACH112)”, konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-rikorrenti, tiġi ddikjarata infondata u, sussidjarjament, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-imsemmi finanzjament bil-quddiem tiġi ddikjarata infondata f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż ippreżentati lill-Kummissjoni għall-ewwel perjodu ta’ riferiment tal-proġett REACH112 li jammontaw għal EUR 13 821.12, kif ukoll, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi ordnata tirrimborsa l-finanzjament bil-quddiem imħallas indebitament fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt u tħallas interessi moratorji.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Koinonia tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis intiża li jiġi ddikjarat li, peress li l-kundizzjonijiet ġenerali tas-Sitt Programm Qafas ma japplikawx għall-kuntratt inkwistjoni, hija ma tistax tinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa abbażi ta’ dan tal-aħħar u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea kisret il-kuntratt inkwistjoni meta ddikjarat li kellha l-intenzjoni li titlob tali kumpens.

It-talba ta’ Koinonia tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis intiża sabiex tiġi kkonstatata l-infondatezza tat-talba għar-rimbors tal-finanzjament bil-quddiem li hija rċeviet abbażi tal-Kuntratt Nru 238940 “REsponding to All Citizens needing Help (REACH112)” hija milqugħa f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż li hija ddikjarat għall-ewwel perjodu ta’ riferiment tal-proġett REACH112.

Il-kumplament tar-rikors ippreżentat minn Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis huwa miċħud.

It-talba tal-Kummissjoni sabiex Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis tiġi kkundannata tirrimborsa l-finanzjament bil-quddiem li hija rċeviet abbażi tal-Kuntratt Nru 238940 “REsponding to All Citizens needing Help (REACH112)” hija miċħuda f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż iddikjarati minnha għall-ewwel perijodu ta’ riferiment tal-proġett REACH112.

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni l-ammont ta’ EUR 33 376.81 miżjud bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 4 % fis-sena mid-29 ta’ Ottubru 2013 u sal-ħlas sħiħ ta’ dan l-ammont.

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis u l-Kummissjoni għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhomet la Commission supporteront chacune leurs propres dépens.

____________

1 ĠU C 9, 11.1.2014.