Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI (Mudell b’disinn bit-tikek tal-avorju)

(Kawża T-144/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Jannar 2014 mogħtija fil-Każ R 705/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell b’disinn tal-avorju għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 381 493

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.