Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Żewġ strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-145/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun – Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)( b) u paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement I  Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shoe Branding Europe BVBA (Audenarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Shoe Branding Europe BVBA.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012-2) hija annulata. L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn adidas AG.Shoe Branding Europa BVBA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.