Language of document : ECLI:EU:T:2015:303





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 —
adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna)

(Kawża T‑145/14)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ta’ pożizzjoni li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)( b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17-20, 46, 48)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Perċezzjoni mill-pubblika ta’ sinjal bħala li jikkostitwixxi ornament — Assenza ta’ effett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 28)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark Komunitarja ta’ pożizzjoni li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna — Trade marks figurattivi li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 43, 49, 50)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u (5)) (ara l-punt 52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Shoe Branding Europe BVBA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012-2) hija annulata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn adidas AG.

3)

Shoe Branding Europa BVBA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.