Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Veritas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-602/22) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokument ikkomunikat fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot ta’ rimbors tal-VAT – Dokument li joriġina minn Stat Membru – Rifjut ta’ aċċess – Kunsens minn qabel tal-Istat Membru – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Veneziana Energia Risorse Idriche Territorio Ambiente Servizi SpA (Veritas) (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Pasqualin, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-C. Simon u A. Spina, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti : G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Veneziana Energia Risorse Idriche Territorio Ambiente Servizi SpA (Veritas), titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 5221 final tal-15 ta’ Lulju 2022 li tirrifjuta li tikkomunikalha l-ittra tal-awtoritajiet Taljani tas-17 ta’ Ottubru 2019 mibgħuta fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 9456/19/TAXUD dwar ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura indebitament fuq it-tariffa Taljana għall-iġjene tal-ambjent (tariffa di igiene ambientale, stabbilita permezz tal-Artikolu 49 tad-decreto legislativo n. 22 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 22), tal-5 ta’ Frar 1997).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Veneziana Energia Risorse Idriche Territorio Ambiente Servizi SpA (Veritas) hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 432, 14.11.2022.