Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – UAB “MELT WATER” vs UASI – (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-70/14)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Research and Production Company “MELT WATER” UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 481/2013-5 u tordna lill-konvenut, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, sabiex jirreġistra bħala trade mark Komunitarja t-trade mark li tikkonsisti f’forma ta’ flixkun, li fir-rigward tagħha r-rikorrenti, Research and Production Company “MELT WATER” UAB, ressqet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (Applikazzjoni Nru 10 751 584);

tattribwixxi l-ispejjeż lir-rikorrenti, Research and Production Company “MELT WATER” UAB;

tordna lill-konvenut, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, jipproduċi l-fajl tal-proċedimenti ta’ appell dwar l-imsemmija applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja (Applikazzjoni Nru 10 751 584).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tikkonsisti f’forma ta’ flixkun, għall-prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 751 584

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: l-Artikoli 4 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 kif ukoll il-ġurisprudenza relatata