Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2015 – Melt Water vs UASI (Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti)

(Kawża T-70/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Research and Production Company “Melt Water” UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2013 (Każ R 481/2013-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta’ flixkun ċilindriku trasparenti bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Research and Production Company “Melt Water” UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.