Language of document : ECLI:EU:T:2015:293





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2015 —
Swatch vs UASI – Panavision Europe (SWATCHBALL)

(Kawża T‑71/14)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SWATCHBALL — Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi u trade marks internazzjonali verbali u figurattivi SWATCH u swatch — Raġuni relattiva għal rifjut — Ksur tar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 17-21)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks — Trade mark verbali SWATCHBALL — Trade marks verbali u figurattivi SWATCH u swatch (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 23-25, 32, 33 u 36)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2013 (Każ R 470/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Swatch AG u Panavision Europe Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Swatch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.