Language of document : ECLI:EU:T:2016:263





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L‑Ewwel Awla) tat-3 ta’ Mejju 2016 – Post Bank Iran vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑68/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 – Artikolu 215 TFUE – Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, kif emendat bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 2012/35/PESK – Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 – Drittijiet fundamentali – Artikoli 2 TUE, 21 TUE u 23 TUE – Artikoli 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Żball ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 47, 48)

2.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Data ta’ komunikazzjoni tal-att – Notifika lir-rappreżentant ta’ rikorrent – Kundizzjonijiet (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 49-57)

3.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Setgħa tal-Kunsill, fil-qasam ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, li jirreferi għall-proċedura prevista fl-Artikolu 291(2) TFUE (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(2)) (ara l-punti 64-66)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran – Kompetenzi ta’ implementazzjoni rriżervati mill-Kunsill – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Każijiet speċifiċi u motivati (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(2)) (ara l-punti 67-79)

5.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 84, 85, 106-110)

6.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17 u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012) (ara l-punti 98-101)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, skont l-Artikoli 263 TFUE u 275 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18) kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà fir-rigward tar-rikorrent, skont l-Artikolu 277 TFUE, tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendat bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 19, p. 22), kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) u tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Post Bank Iran huwa kkundannat għall-ispejjeż.