Language of document : ECLI:EU:T:2017:481


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal11 ta’ Lulju 2017 –
Viraj Profiles vs IlKunsill

(Kawża T67/14)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja – Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni – Spejjeż relatati mal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dannu – Rabta kawżali – Ilment – Ftuħ tal-investigazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Effett ta’ tali fatturi fuq l-istabbiliment tar-rabta kawżali – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta' evalwazzjoni – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 1(1) u 3(1),(2),(5) sa (7))

(ara l-punti 39 sa 42, 61 sa 81)

2.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Impatt tad-dumping fuq il-produzzjoni tal-Unjoni – Eżistenza ta’ fatturi u indizji li juru tendenza pożittiva – Ċirkustanza li ma teskludix il-konklużjoni li kien hemm dannu kbir ikkawżat lill-industrija tal-Unjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(6))

(ara l-punti 51 sa 56)

3.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Ftuħ tal-investigazzjoni – Kundizzjonijiet – Provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ dumping u tad-dannu relatat – Natura suffiċjenti tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment – Obbligi tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-imsemmija informazzjoni – Portata – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ, “ftehim antidumping tal1994”, Artikoli 5; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 5(2), 3 u 7)

(ara l-punti 85 sa 103)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolament li jimponi dazji antidumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Motivazzjoni insuffiċjenti tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-produzzjoni – Regolarizzazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża – Inammissibbiltà – Annullament tar-Regolament

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 2(1) u 3 sa 5)

(ara l-punti 110 sa 112, 125 sa 144 u 187)

5.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Osservanza tal-garanziji proċedurali

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009)

(ara l-punt 114)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal‑5 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU 2013, L 298, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013, tal‑5 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Viraj Profiles Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Viraj Profiles.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.