Language of document : ECLI:EU:T:2012:162





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/08)

“Għajnuna mħallsa fil-kuntest tal-programm INTI — Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju — Żbalji ta’ evalwazzjoni”

1.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Finanzjament li jkopri biss l-ispejjeż li jkunu fil-fatt saru — Prova tar-veraċità tal-ispejjeż iddikjarati — Assenza — Spejjeż ineliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 48-50, 99)

2.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna minħabba irregolaritajiet — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ irregolaritajiet li ma għandhomx impatt finanzjarju preċiż — Ammissibbiltà (Artikolu 274 KE) (ara l-punt 51)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Mejju 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju JLS/2004/INTI/077.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Mejju 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti minn Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju JLS/2004/INTI/077 hija annullata fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal-intestaturi B 9, B 10, B 37, B 38 u G 5.

2)

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung.