Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 - Inditex vs UASI

(Kawża T-292/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio (Logroño, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-24 ta' April 2008 bħala ppreżentat fit-terminu u fil-forma prevista u, permezz tal-proċedura rilevanti, tordna l-annullament ta' dik id-deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' parti mill-prodotti rrifjutati.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali ‛OFTEN' (Applikazzjoni Nru 2 798 270) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-kelma Spanjola u t-trade marks figurattivi ‛OLTEN' u t-trade mark figurattiva Spanjola ‛OLTENWATCH', għal prodotti fil-klassi 14.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Prinċipalment, il-ksur ta' l-Artikoli 61(1) u 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja u, sussidjarjament, il-ksur ta' l-Artikoli 43(2) u 8(1)(b) ta' dan ir-regolament.

____________