Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 - Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

(Kawża T-289/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche BKK (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-29 ta' Mejju 2008, proċediment ta' appell R 318/2008-4, innotifikata fit-2 ta' Ġunju 2008;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Deutsche BKK" għal servizzi fil-klassijiet 36, 41 u 44 (talba għal reġistrazzjoni Nru 4 724 894)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħdet it-talba għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħdet l-appell

Motivi invokati:

- ksur ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/941 minħabba li l-Uffiċċju ċaħad dokumenti mingħajr ma ppermetta, qabel, li l-parti rikorrenti tippreżenta osservazzjonijiet f'dan ir-rigward;

- ksur ta' l-ewwel parti tas-sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/90 minħabba li l-Uffiċċju ma eżaminax b'mod xieraq il-fatti fuq l-inizjattiva tiegħu stess;

- ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/90 minħabba li l-Uffiċċju ċaħad lit-trade mark "Deutsche BKK" il-possibbiltà li tkun protetta abbażi ta' raġunijiet assoluti ta' rifjut;

- ksur ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/90 minħabba li l-Uffiċċju ċaħad il-kisba ta' karattru distintiv bl-użu.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1)