Language of document :

-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2014 – Hansestadt Lübeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat − Tariffi tal-ajruport – Ajruport ta’ Lübeck – Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Artikolu 107(1) TFUE – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansestadt Lübeck (il-Ġermanja) aventi kawża ta’ Flughafen Lübeck GmbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller, J. Dammann de Chapto u T. Becker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1012 finali, tat-22 ta’ Frar 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27585 u SA.31149 (2012/C) (ex NN/2012, ex CP 31/2009 u CP 162/2010) – il-Ġermanja, sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-Regolament dwar it-tariffi tal-ajruport ta’ Lübeck (il-Ġermanja) adottat fl-2006.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1012 finali, tat-22 ta’ Frar 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27585 u SA.31149 (2012/C) (ex NN/2012, ex CP 31/2009 u CP 162/2010) – il-Ġermanja, hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-Regolament dwar it-tariffi tal-ajruport applikabbli għall-ajruport ta’ Lübeck adottat fl-2006.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Hansestadt Lübeck.