Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2013 – Lorenz Shoe Group vs UASI – Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making (Ganeder)

(Kawża T-374/09) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Ganeder – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ganter – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lorenz Shoe Group AG (Taufkirchen an der Pram, l-Awstria) (rappreżentanti: inizjalment M. Douglas, sussegwentement N. Hebeis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd (Cangshan Fuzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Paschke, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1289/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn shoe fashion group Lorenz Group AG u Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd.Dispożittiv    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1289/2008-1), hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lorenz Shoe Group AG.     Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.