Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2023 – Nieß vs EUIPO – Terrasoverkapping-inkoop.nl (GARTENLÜX)
(Kawża T-754/22) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GARTENLÜX – Isem ta’ kumpannija u isem kummerjċali preċedenti GARTENLUX – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Nieß (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Erlenhardt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Terrasoverkapping-inkoop.nl BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: O. Möhring, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Settembru 2022 (Każ R 607/2022-2).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Andrea Nieß hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti minnTerrasoverkapping-inkoop.nl BV.
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
____________
1 ĠU C 24, 23.1.2023.