Language of document : ECLI:EU:T:2017:92





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża T626/16 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 10-12)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ twassal għar-rovina tar-rikorrent

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 17)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti biex tiġi ġġustifikata l-urġenza – Nota ta’ debitu ta’ istituzzjoni mingħajr natura eżekuttiva – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 80(1))

(ara l-punti 18, 25, 27, 31, 34)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat‑23 ta’ Ġunju 2016, dwar l-irkupru, mingħand ir-rikorrenti, tas-somma ta’ EUR 56 554 u tan-nota ta’ debitu 2016-888 sussegwenti għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.