Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fit13 ta’ Settembru 2023 – BG Technik cs, a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C567/23, BG Technik II)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BG Technics cs, a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domanda preliminari

Siġġu tar-roti elettriku li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

–żewġ fusijiet bil-fus ta’ wara motorizzat;

–żewġ settijiet ta’ tajers, fejn it-tajers ta’ wara huma ikbar, sabiex jiġi evitat li s-siġġu tar-roti jinqaleb;

–is-siġġu tar-roti huwa kkontrollat permezz ta’ manubriju magħluq li għandu forma ovali mmuntat fuq kolonna ta’ direzzjoni separata, huwa mgħammar b’elementi ta’ kontroll u huwa ddisinjat sabiex tiġi kkontrollata d-direzzjoni u l-veloċità b’id waħda;

–is-siġġu tar-roti huwa mgħammar bi brejk elettromanjetiku li jopera fuq ir-roti ta’ wara;

–id-dimensjonijiet tas-siġġu tar-roti huma 122 x 63 x 125 cm. (tul, wisa’, għoli) — l-għoli huwa mkejjel bis-sit imqiegħed fil-pożizzjoni ta’ sewqan;

–sit li jista jiġi rregolat u li jdur b’post għas-serħan tad-dirgħajn;

pjattaforma orizzontali li tgħaqqad il-parti ta’ quddiem u l-parti ta’ wara tas-siġġu tar-roti;

mutur elettriku ta’ 800 W li jippermetti li tintlaħaq veloċità massima ta’ 15 km fis-siegħa u medda massima ta’ 45 km;

jista’ jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi 8713 90 00 tan-Nomenklatura Magħquda, minkejja r-redazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1367 tas6 ta’ Awwissu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda ?1

____________

1 ĠU 2021, L 294, p. 1.