Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-11 ta’ Marzu 2022 – IB vs Regione Lombardia, Provincia di Pavia

(Kawża C-196/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IB

Konvenut: Regione Lombardia, Provincia di Pavia

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2080/92 1 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li stabbilixxa skema ta’ għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ selvikoltura fl-agrikoltura, iżda li ma jipprevedi ebda skema ta’ dekadenza u ta’ sanzjonijiet, jipprekludu, anki fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea 2 , l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2080/92, tipprevedi, fil-każ ta’ irregolarità kkonstatata fl-għoti tal-għajnuna, id-dekadenza tal-imsemmija għajnuna u l-ħlas lura tas-somom irċevuti għal dan il-għan.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda (a) [għall-ewwel domanda] id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2080/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li stabbilixxa skema ta’ għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ selvikoltura fl-agrikoltura, jipprekludu, anki fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995, u tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ proporzjonalità previsti fil-premessa 8 ta’ dan tal-aħħar, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2080/92, tipprevedi, fil-każ ta’ irregolarità kkonstatati fl-għoti tal-għajnuna, id-dekadenza tal-imsemmija għajnuna u l-ħlas lura tas-somom irċevuti għal dan il-għan meta ż-żona msaġġra mill-ġdid jew imtejjba tkun inqas minn 20% meta mqabbla ma dik awtorizzata li tirċievi għajnuna u likwidata.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda (a) [għall-ewwel domanda] id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2080/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li stabbilixxa skema ta’ għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ selvikoltura fl-agrikoltura, jipprekludu, anki fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995, l-applikazzjoni retroattiva ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2080/92, tipprevedi, fil-każ ta’ irregolarità kkonstatati fl-għoti tal-għajnuna, id-dekadenza tal-imsemmija għajnuna u l-ħlas lura tas-somom irċevuti għal dan il-għan.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda (a) [għall-ewwel domanda] id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2080/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li stabbilixxa skema ta’ għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ selvikoltura fl-agrikoltura, jipprekludu, anki fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995, l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2080/92, tipprevedi, fil-każ ta’ irregolarità kkonstatati fl-għoti tal-għajnuna, id-dekadenza tal-imsemmija għajnuna u l-ħlas lura tas-somom irċevuti għal dan il-għan, fis-sens li l-benefiċjarju huwa obbligat iħallas lura l-ammont sħiħ tas-somom irċevuti għal dan il-għan iktar milli jħallas lura biss dawk is-somom relatati mas-sena li fir-rigward tagħha ġiet ikkonstatata l-irregolarità fl-għoti tal-għajnuna.

____________

1 ĠU 1992, L 215, p. 96.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340