Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2022 – ME vs État belge

(Kawża C-191/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ME

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u [l-Artikolu 4(1)(c)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 1 kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-Istat Membri l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-età tal-persuna li tkun qiegħda tfittex riunifikazzjoni, mhux matul is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, iżda matul il-preżentata tat-talba għal protezzjoni internazzjonali tal-isponsor li jkun ġie rrikonoxxut bħala refuġjat u li jqisu li l-persuna li tkun qiegħda tfittex riunifikazzjoni tkun minuri, fis-sens tal-Artikolu 4[(1)(c)] tad-Direttiva 2003/86 meta hija kienet minuri fil-mument meta l-isponsor ikun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil iżda li tkun saret maġġorenni qabel ma l-isponsor ikun kiseb l-istatus ta’ refuġjat u qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.