Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – DI vs UEAA

(Kawża F-113/13)

(Servizz pubbliku – Persunal tal-UEAA – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Perijodu ta’ prova – Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta – Rikors għal annullament – Qbil bejn ir-rikors u t-talba – Assenza – Inammissibbiltà manifesta – Rikors għal kumpens)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DI (rappreżentant: I. Vlaic, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: L. Cerdán Ortiz-Quintana, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (UEAA) li jitħassar il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent wara l-perijodu ta’ prova, li ġie estiż bi tliet xhur.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.DI għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil.

____________