Language of document : ECLI:EU:F:2010:139

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

28 ta’ Ottubru 2010

Kawża F-31/09

Isabelle Noël

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Klassifikazzjoni fi grad — Membri tal-persunal lokali maħtura uffiċjali — Artikolu 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 3 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu I. Noël titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta’ Novembru 2006, li taħtarha uffiċjal bi prova fil-grad AST 1, skala 1, sakemm din id-deċiżjoni taffettwaha matul il-karriera AST 1 sa AST 7.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill.

Sommarju

Uffiċjali — Reklutaġġ — Klassifikazzjoni fi grad — Membru tal-persunal lokali maħtur uffiċjal insegwitu għal kompetizzjoni interna

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 31; Anness XIII, Artikolu 10; Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, Anness, Artikolu 1(1) u (3))

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma huwiex miksur sakemm id-differenzi fit-trattament bejn kategoriji differenti ta’ uffiċjali huma ġġustifikati fuq il-bażi ta’ kriterju oġġettiv u raġonevoli u li dawn id-differenzi huma proporzjonati għall-għan imfittex mid-divrenzjar inkwistjoni, b’dan il-prinċipju huwa applikabbli, b’analoġija, fil-każ fejn sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod ugwali.

Ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari bħall-għan ta’ fużjoni ta’ dawk li kienu l-kategoriji B, C u D fi grupp wieħed ta’ funzjonijiet AST. Sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi fil-livell ta’ reklutaġġ f’dawn il-kategoriji, kien previst li l-karriera tal-uffiċjali taħt dawk li kienu l-kategoriji C u D tkun limitata għal ċerti gradi, rispettivament AST 1 sa 7 u AST 1 sa 5, bl-uffiċjali inkwistjoni madankollu jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw f’eżerċizzju ta’ evalwazzjoni sabiex ikunu promossi f’gradi ogħla. Fid-dawl ta’ dan it-tħassib, il-fatt li l-amministrazzjoni tittratta lill-membri tal-persunali lokali, maħtura uffiċjali wara kompetizzjoni interna, skont l-Artikolu 3 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, għal uffiċjali ta’ dik li kienet il-kategorija C jew ta’ dik li kienet il-kategorija D, skont il-funzjonijiet li kienu responsabbli għalihom, sabiex tiġi ddeterminata l-assenjazzjoni tagħhom, huwa ġġustifikat fuq il-bażi ta’ kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri li jiġi evitat li membri tal-persunal lokali li jwettqu l-istess funzjonijiet bħall-uffiċjali ta’ dawk li kienu kategoriji C u D ma jkunux ittrattati b’mod aħjar minn dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, dan it-trattament identiku ta’ membri tal-persunal lokali li saru uffiċjali u ta’ uffiċjali ta’ dawk li kienu l-kategoriji C u D tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, billi hija l-amministrazzjoni li għandha tiddetermina, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, taħt liema kategorija tan-nomenklatura ta’ qabel għandu jiġi ttrattat kull membri tal-persunal lokali, skont il-funzjonijiet imwettqa minnu.

(ara l-punt 21)

Referenza: It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 19 ta’ Ġunju 2007, Davis et vs Il‑Kunsill, F‑54/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑165 u II‑A‑1‑911, punt 64, u l-ġurisprudenza ċċitata