Language of document : ECLI:EU:T:2011:728





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 – Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għall-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ikel – Deċiżjoni li jiġi rritornat fajl lill-awtoritajiet nazzjonali – Talbiet għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni mitluba - Talba għall-kisba tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att diġà eżegwit - Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Ġurisdizzjoni tal-Imħallef għall-miżuri provviżorji - Għoti ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ terzi - Limiti (Artikoli 256 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punt 14)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18, 21)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni tad-dejn doganali - Rimedji nazzjonali - Effett - Assenza ta’ urġenza minħabba n-neċessità, skont l-att ikkontestat, ta’ intervent supplimentari tal-awtoritajiet nazzjonali li japplikaw id-dritt materjali doganali tal-Unjoni (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 871(6)) (ara l-punti 22-25)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, inkluż is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ġunju 2011, li tinforma lir-rikorrenti dwar ir-ritorn, lill-awtoritajiet Spanjoli, tal-fajl li jirrigwarda t-talba tagħha għall-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni, sabiex dawn l-awtoritajiet jippronunċaw ruħhom fuq l-imsemmija talba.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.