Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-89/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Export Development Bank of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara inapplikabbli fil-konfront tagħha r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruº267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tagħha d-Deċiżjoni 2010/413 PESK;

sussidjarjament, tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni u d-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ inċiżi ta’ dawn it-talbiet, mill-20 ta’ Jannar 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li tmienja minnhom huma essenzjalment identiċi jew jixbhu lil dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-65/14, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill.

Ir-rikorrenti tinvoka barra minn hekk motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni.