Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Schniga vs CPVO – Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

(Kawża T-91/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, in-New Zealand)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2013 tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fil-Każ A 004/2007;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: ir-rikorrenti

Dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat: Gala Schnitzer – dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru. UE 18759Deċiżjoni tal-Kumitat tas-CPVO: id-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti milqugħDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: l-appell fondat u d-deċiżjoni kkontestata annullataMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 61(1)(b), 55(4), 59(3) u 62 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94.